blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 25th Dec - Jn 1:1-5. 9-14 -- The Word Became Flesh - Il-Verb sar bniedem

Friday, December 21, 2012

25th Dec - Jn 1:1-5. 9-14 -- The Word Became Flesh - Il-Verb sar bniedem


http://www.youtube.com/watch?v=Soi-Wj5Dfn0
1. Il-Verb sar bniedem
[Ġw:1:1] Fil-bidu kien il-Verb,
u l-Verb kien ma' Alla,
u l-Verb kien Alla.
[Ġw:1:2] Hu kien fil-bidu ma' Alla.
[Ġw:1:3] Kollox bih sar,
u xejn ma sar mingħajru; 
kull ma sar [Ġw:1:4] kellu l-ħajja fih,
u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.
[Ġw:1:5] Id-dawl jiddi fid-dlam,
imma d-dlam ma għelbux.

[Ġw:1:9] dak id-dawl veru,
li jdawwal kull bniedem, 
huwa u ġej fid-dinja.
[Ġw:1:10] Kien fid-dinja,
u d-dinja saret bih, 
imma d-dinja ma għarfitux.
[Ġw:1:11] Ġie f'daru,
u niesu ma laqgħuhx.
[Ġw:1:12] Imma lil dawk li laqgħuh
tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla, 
dawk li jemmnu f'ismu,
[Ġw:1:13] li twieldu mhux bid-demm, anqas mill-ġibda tal-ġisem, u anqas mir-rieda tal-bniedem, iżda minn Alla.
[Ġw:1:14] U l-Verb sar bniedem u għammar fostna,
u aħna rajna l-glorja tiegħu, 
il-glorja li għandu mill-Missier bħala Ibnu l-waħdieni,
mimli bil-grazzja u l-verità.

No comments: