blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/15/10

Monday, March 15, 2010

03 Marzu 2010 - Fr Hayden Williams - messaggi tal-Madonna miktubin min-nemel


Il-messaggi tal-Madonna miktubin min-nemel!



 
Ċerti persuni, fil-kelma ta’ Alla, fl-istorja tal-Knisja, Alla l-Imbierek jagħtihom vokazzjoni, sejħa, li huma jkunu sinjal, sinjal għall-poplu, sinjal sabiex in-nies jinbidlu, sinjal għan-nies biex jikkonvertu, sinjal għan-nies biex iwasslulhom messaġġ mis-Sema. U xi drabi dan il-messaġġ li s-Sema titlob li dal-messaġġ jitwassal lin-nies ikun xi ftit stramb f’għajnejna:

a) Ikun stramb għaliex ma jkunx fin-normalità ta’ kif forsi Alla naħsbu li jitkellem.
b) Ikun stramb għaliex forsi ma nistennewx illi Alla jitlob ċerti affarijiet minn persuni – bħal Ħosea li kellu jiżżewweġ prostituta u li kienet se tmut – sabiex Alla jurieh, juri lil poplu kif permezz ta’ dan il-profeta miżżewweġ prostituta, Alla jibqa’ fidil lejn il-poplu tiegħu, minkejja xi drabi l-poplu jaqlibielu, ma jibqax fidil lejH, imma Alla xorta jibqa’ fidil lejh. Ċertament huwa ġest stramb illi Alla jitlob dan it-tip ta’ żwieġ mill-profeta, iżda l-profeta, għax hu bniedem t’Alla, u jaf x’qed jesperjenza, f’ubbidjenza lejn Alla, jagħmel dak illi Alla jgħidlu.

Xi drabi dawn il-modi strambi jitfaċċaw ukoll anke f’każijiet tad-dehriet tal-Madonna, per eżempju bħalissa hemm kas ta’ dehriet tal-Madonna li qed jiġu studjati, ġewwa l-Brażil, illi l-messaġġi qegħdin jaslu mhux biss permezz ta’ waħda mara li tara l-Madonna hemmek, però wkoll b’mod stramb:
Fejn tidher il-Madonna hemm ġnien illi qed jaqgħu l-weraq minn fuq dawn is-siġar u propju f’dawn il-weraq qed jinstabu miktuba, il-messaġġi li qed twassal il-Madonna hemmek. Meta studjawhom skoprew illi dan li qed jiġi miktub fuq dawn il-weraq, QED JIKTBUH IN-NEMEL – vera, jiena rajt werqa minnhom, ġabuhieli – In-nemel qegħdin jieklu, jtaqqbu dawn il-weraq, kull toqba mihiex bħal oħra fil-fatti, illi qed jitfaċċaw fuqhom il-messaġġi tal-Madonna. Daqsxejn stramb. Alla xi drabi għandu l-modi strambi tiegħU, ma nistennewhx li forsi jwassal ċerti messaġġi.

U xi drabi wkoll ċerti messaġġi jaslu wkoll permezz ta’ tpinġijiet – li messaġġ jasal bi tpinġijiet. Li messaġġ jasal bi tpinġija, fuq livell, qed ngħidu, fil-ħajja ta’ kuljum, hija xi ħaġa antika fil-hajja tal-bniedem. Per ezempju, l-eġizzjani tawna x’kien jigri fi żmienhom, mhux permezz ta’ kliem kif nafuh illum, imma permezz ta’ tpinġijiet. L-istess il-Knisja, aħna l-knisja, l-ġebel, il-knisja li hija kkonsagratha, anke jsir rit uffiċċjali mill-Knisja li tikkonsagra l-bini lil Alla, miegħu indendlu wkoll immaġnijiet, pitturi li jwasslulna l-Vanġelu. L-istess aħna nwassluh permezz ta’ santi, inwassluh b’ikoni, inwassluh bi xbiehat. Ċerti persuni, anke qrib ta’ Alla, f’mumenti ta’ intimita ma’ Alla, naqqxu huma stess fuq ġisimhom, per ezempju l-isem ta’ Ġesù: Qed nirreferi għall-qaddisa franġiskana kappuċċina, Santa Veronica Giuliani - għal darba, tnejn, tlieta u aktar naqqxet litteralment fuq il-laħam tagħha l-isem ta’ Ġesù, sforz l-imħabba kbira li kellha lejn Kristu.  

SANTA VERONICA GIULIANI
Forsi xi ħaġa stramba, tgħid din is-soru, klarissa, kappuċċina, kellha l-pjagi, qaddisa u tnaqqax fuq ġisimha l-isem ta’ Ġesù, darba, tnejn, tlieta, erbgħa, ħamsa ghax kellimnt espert li huwa fiha u qalli li aktar minn ħames darbiet għamlet din il-ħaġa.

Ċertament mhiex normali, ħa ngħidu hekk illi ssir, però fejn tidħol dan il-messaġġ profetiku li Alla jkun irid iwassal, il-messaġġ ikun irid iwasslu b’kull mod – iwasslu bil-kliem, iwasslu anka bil-ġisem ta’ l-istess persuni illi huwa jagħżel. Il-ġisem tal-persuni magħżulin minn Alla biex ikunu profeti tiegħu, ma jibqax tagħhom, isir propjeta ta’ Alla, strument f’idejH, biex anka bih iwassal il-messaġġ tiegħU. Per eżempju d-don tal-pjagi huwa don imnaqqax fil-ġisem ukoll, tal-persuni li jirċievu dan id-don. F’ġisimhom iwasslulna l-messaġġ tal-imħabba ta’ Ġesù mislub għalina lkoll. Allura importanti li aħna nifhmuha din il-ħaġa u nirriflettu fuqha. Hija sejha partikulari, li insibuha anka fl-iskrittura, li l-Mulej jagħżel persuni li jkunu sinjal, u xi drabi huma sinjal xokkanti, sinjal illi forsi jħawwad.

Però għaliex ikun hemm bżonn sinjal daqshekk xokkanti u li jħawwad ? Li jħawwadna, biex iġgħelna nistaqsu, biex iċaqlaqna, għaliex ? Għaliex inkunu qed ngħixu fi żmien ta’ ħafna jrus iebsa. Nkunu qed nghixu fi żmien ta’ ħafna nies li huma għomja u ma jridux jaraw, huma torox u ma jridux jisimgħu. U allura l-Mulej ikun irid isemma’ lehnu b’kull mezz biex jasal għand dawn in-nies. Allura dan kollu jkun att ta’ ħniena kbira minn naħa ta’ Alla l-imbiereK !




.