blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/14/16

Monday, March 14, 2016

SERVITUDE TO ALL --- Jn 13:1-15 -- Jesus Washes His Disciples' Feet - Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli --- Pope explains feet washing ritual


SERVITUDE TO ALL

(Pope Francis in Rome, April 2015)
 
 
>>>>>>>>>>>>


Pope washes the feet of Muslim refugees: We are brothers, we all want to live in peace - video published on March 24, 2016




THE GOSPEL ON HOLY THURSDAY EVENING, THE LAST SUPPER: THE START OF THE PASCHAL TRIDUUM

Jn 13:1-15 -- Jesus Washes His Disciples' Feet - Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli

13. Ġesù jaħsel saqajn id-dixxipli

[Ġw:13:1] Qabel il-festa ta' l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. [Ġw:13:2] Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota u daħħallu f'rasu li jittradih. [Ġw:13:3] Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f'idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. [Ġw:13:4] Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma' qaddu. [Ġw:13:5] Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma' qaddu. [Ġw:13:6] Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: "Int, Mulej, taħsilli saqajja?" [Ġw:13:7] Ġesù wieġbu: "Int għalissa ma tafx x'qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar 'il quddiem." [Ġw:13:8] Qallu Pietru: "Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!" Wieġbu Ġesù: "Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x'taqsam miegħi." [Ġw:13:9] Qallu Xmun Pietru: "Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll." [Ġw:13:10] Qallu Ġesù: "Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll." [Ġw:13:11] Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, 'M'intomx ilkoll indaf.'
[Ġw:13:12] Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa' qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: "Tafu x'għamiltilkom? [Ġw:13:13] Intom issejjħuli 'l-Imgħallem' u 'il-Mulej', u tgħidu sewwa, għax hekk jien. [Ġw:13:14] Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. [Ġw:13:15] Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.



Pope explains feet washing ritual - Published on Mar 14, 2016








.