blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: AUGUST 22 - Our Lady, Mother and Queen of Heaven and Earth --- Queenship of the Blessed Virgin Mary

Friday, August 22, 2014

AUGUST 22 - Our Lady, Mother and Queen of Heaven and Earth --- Queenship of the Blessed Virgin Mary


THE GLORY - AFTER THE SORROW



22 ta' Awwissu
Tifkira liturġika
tal-Verġni Mqaddsa Marija, Reġina.


Wara l-festa tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-sema, fil-15 ta’ Awissu, huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-Reġina tas-sema u ta’ l-art.
Fil-11 ta’ Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu “Ad Coeli Regina”, waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina, u ddikjara li għandha tiġi ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta’ Mejju ta’ kull sena.
Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika “Fulgens Corona” fl-okkażjoni ta’ għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija.
Waral-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’ Awissu, nhar l-ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta bejn ir-Regalita’ tal-Verġni Marija u Tlugħ tagħha fis-sema.
Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-Insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija Reġina. Hi ġabet fid-dinja Iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda ipostatika tan-natura umana ma’ dik divina, ukoll bħala bniedem, kien Sultan u Mulej ta’ kollox. Għalhekk kien tassew xieraq lil-Knisja twaqqaf din il-festa biex tunura lill-Verġni Marija b’dan it-titolu ta’ Reġina.
Talba
Is-Sliem, o Sultana tas-sema, Sidt l-anġli; int l-għerq u l-bieb safi mnejn ġie dawl id-dinja. O Verġni Glorjuża, ta’ ġmiel u sbuħija, is-sliem għalik! Itlob lil Kristu għalina.

(Din hi waħda mill-antifoni tal-Madonna li tingħad wara t-Talba ta’ Għeluq il-Jum)




How Can This Be?  





The Queenship of Mary
August 22
The Octave of the Assumption
READINGS
https://www.liturgies.net/saints/mary/queenship/readings.htm



THE PROPER GOSPEL on August 22

Lk 1:26-38 -- The Birth of Jesus Foretold - t-taħbira tat-twelid ta’ Ġesù Kristu



AUGUST 22 - The Queenship of the Blessed Virgin Mary (Memorial)

Evanġelju
Lq 1, 26-38


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa 

F’dak iż-żmien: [Lq:1:26] Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David. Dix-x-xebba kien jisimha Marija [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima.. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla [Lq:1:31] Ara inti sa tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru; [Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.” 

 [Lq:1:34] Iżda, Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” [Lq:1:35] Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha s-sitt xahar dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”. 

[Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: “Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha. 

 Il-Kelma tal-Mulej 
R/. Tifħir lilek Kristu





============






Aug 22 - Homily: Four Traits of the Immaculate Heart ---Purity, Humility, Burning with Love, and Pierced by a Sword.


Readings:
1st: sir 24:23-31
Gsp: Jn 19:25-27









.