blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 01/29/14

Wednesday, January 29, 2014

Il-Venerabbli Madre Margherita De Brincat, co-fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù --- Franciscan Sisters of the Heart of Jesus...

 
 
Il-Venerabbli Margerita De Brincat

 
 
Tagħrif Dwar il-Qaddisin - Venerabbli Margerita De Brincat
 
 
 
 
 
======================================
 ====================================== 
 
 
 

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona jingħata l-kumpann tal-Unur fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù jingħataw ukoll Ġieħ ir-Repubblika
WEDNESDAY 14 DECEMBER 2016
 
 
 
 
 
 
 
At St. Francis Church, Victoria Gozo
 
 
 
 
 
Sr. Maddalena Bonello youtube channel
 
 
 
 
 
La Dipartita al Cielo di Madre Margherita del Sacro Cuore


 
 
 
 
 
September 1st 2015
 
 
 
Franciscan Sisters of the Heart of Jesus

 
 
 
 
 
 
Franciscan Joy youtube channel
 
 
 
 
 
Quddiesa Kommemorattiva Madre Margherita Debrincat  

 
 
 
 



 
 http://www.laikos.org/Zidiet_Eqdem.htm  -  Matul is-Sena 2014 - Margerita, Mara hienja, Omelija tal-Isqof Mario Grech fil-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għad-Dikjarazzjoni ta’ Madre Margerita De Brincat bħala Venerabbli, 04/07/2014.

 
 
 
 
 

 
 
 
  
 
><>  ><>  ><> 


L-Għeruq ta' l-Ispiritwalità ta' Madre Margherita De Brincat: Id-Dimensjoni Franġiskana - Noel Muscat OFM
 
 
 

>>>>>>>


ON FRIDAY, 4th JULY 2014 IN KERĊEM, GOZO


------------------------------------------------------------------------------------

 La Fede della Serva di Dio, Madre Margherita De Brincat  

 

Padre Salvatore Bucolo parla al gruppo delle Stelle del Cuore di Gesù, di Santa Maria Delle Mole, sulla virtù della Fede, di Madre Margherita De Brincat.
 
 
 
 
 
 
Connection between Faith and the Eucharist

A moving talk given by Fr Daniel Xerri, during a retreat for the English Speaking Sisters, of the Franciscan Sisters of the Heart of Jesus, held at the 'Centro di Spiritualità, Nostra Signora del Cuore di Gesù', San Bartolomeo Cave, Italy, on 8th August, 2013.
 
 
 
 
Is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù fil-GŻEJJER MALTIN

 

more videos from Sr. Maddalena Bonello in YouTube

https://www.youtube.com/user/srmadbon/videos

===================================================

http://gozonews.com/43437/madre-margerita-de-brincat-to-be-proclaimed-venerable/

 

http://gozonews.com/43418/bishop-grech-holds-prayer-vigi-for-lmadre-margherita-de-brincat/

===================================================

http://gozodiocese.org/2014/01/27/2455/

Papa Franġisku jagħraf il-virtujiet erojċi ta’ Madre Margerita De Brincat






Dalgħodu (27 ta’ Jannar 2014), il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, f’udjenza mal-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Angelo Amato sdb, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin, laqa’ l-parir pożittiv ta’ din il-Kongregazzjoni - mogħti iktar kmieni l-ġimgħa l-oħra - dwar il-virtujiet erojċi tal-Qaddejja ta’ Alla Madre Margerita De Brincat, u awtorizza lill-istess Kongregazzjoni toħroġ id-digriet li jiddikjaraha uffiċjalment Venerabbli!  L-aħbar qiegħda fuq il-bullettin tal-aħbarijiet ta’ kuljum tal-Vatikan:http://press.vatican.va/content/salastampa/en/bollettino/pubblico/2014/01/27/0062/00128.html.
Eventwalment, fil-jiem li ġejjin, jiġi ffirmat u ppromulgat dan id-Digriet.  Imma fiha nfisha din hi aħbar pożittiva li waslet fi żmien qasir ħafna wara li ħarġet l-aħbar tal-parir pożittiv tal-Kongregazzjoni.
Ritratt: Statwa tal-Venerabbli Madre Margerita De Brincat li tinsab fil-Knisja tal-Qalb Imqaddsa ta’ Marija, fil-Casa Madre tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria, Għawdex. L-istatwa hi propjetà tal-Kumitat tal-Festi tal-Kunċizzjoni (Victoria).


http://press.vatican.va/content/salastampa/en/bollettino/pubblico/2014/01/27/0062/00128.html



PROMULGAZIONE DI DECRETI DELLA CONGREGAZIONE DELLE CAUSE DEI SANTI, 27.01.2014


PROMULGAZIONE DI DECRETI DELLA CONGREGAZIONE DELLE CAUSE DEI SANTI Questa mattina, il Santo Padre Francesco ha ricevuto in Udienza privata Sua Eminenza Reverendissima il Signor Card. Angelo Amato, S.D.B., Prefetto della Congregazione delle Cause dei Santi. Nel corso dell'Udienza il Sommo Pontefice ha autorizzato la Congregazione a promulgare i Decreti riguardanti:
- il martirio del Servo di Dio Pietro Asúa Mendía, Sacerdote diocesano; nato a Valmaseda (Vizcaya, Spagna) il 30 agosto 1890 e ucciso, in odio alla Fede, a Liendo (Santander, Spagna) il 29 agosto 1936;
- le virtù eroiche del Servo di Dio Giuseppe Girelli, Sacerdote diocesano; nato a Dossobuono (Verona, Italia) il 10 gennaio 1886 e morto a Negrar (Verona, Italia) il 1° maggio 1978;
- le virtù eroiche del Servo di Dio Zaccaria di Santa Teresa (al secolo: Zaccaria Salteráin Vizcarra), Sacerdote professo dell'Ordine dei Carmelitani Scalzi; nato ad Abadiano (Vizcaya, Spagna) il 5 novembre 1887 e morto a Vellore (Tamil Nadu, India) il 23 maggio 1957;
- le virtù eroiche della Serva di Dio Marcella Mallet, Fondatrice delle Suore della Carità di Québec; nata a Côte des-Neiges (Montréal, Canada) il 26 marzo 1805 e morta a Québec (Canada) il 9 aprile 1871;
- le virtù eroiche della Serva di Dio Maria Benedetta Arias, Fondatrice delle Suore Ancelle di Gesù nel Sacramento; nata a La Carlota di Rio Cuarto (Córdova, Argentina) il 3 aprile 1822 e morta a Buenos Aires (Argentina) il 25 settembre 1894;
- le virtù eroiche della Serva di Dio Margherita del Sacro Cuore di Gesù (al secolo: Virginia De Brincat), Fondatrice delle Suore Francescane del Cuore di Gesù; nata a Kercem, nell'Isola di Gozo (Malta) il 28 novembre 1862 e morta a Victoria, nell'Isola di Gozo (Malta) il 22 gennaio 1952;
- le virtù eroiche della Serva di Dio Serafina (al secolo: Noemy Cinque), Suora professa della Congregazione delle Suore Adoratrici del Sangue di Cristo; nata a Urucurituba (Brasile) il 31 gennaio 1913 e morta a Manaus (Brasile) il 21 ottobre 1988;
- le virtù eroiche della Serva di Dio Elisabetta Sanna, vedova Laica, Terziaria professa dell'Ordine dei Minimi di San Francesco, del Sodalizio dell'Unione dell'Apostolato Cattolico fondato da San Vincenzo Pallotti; nata a Codrongianos (Sassari, Italia) il 23 aprile 1788 e morta a Roma il 17febbraio 1857.
[00128-01.01] [Testo originale: Italiano]

===========================================
Province of Malta
Franciscan Sisters of the Heart of Jesus    Our Lady of the Sacred Heart

===============================================================

http://www.sanfrangisk.com/09Ordni/of-03-II-IIIordni%20f'mt.htm
( informazzjoni migbura mid-Direttorju Ekklezjastiku Arcidjocesi ta' Malta - 2002 )
 
 


Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesù
 
Is-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta’ Gesù twieldu f’Ghawdex fl-1880. Bdiehom is-sacerdot Dun Guzepp Diacono u x-xebba Virginia Debrincat, li mbaghad hadet l-isem ta’ Suor Margarita tal-Qalb ta’ Gesù. Il-kongregazzjoni timxi fuq ir-regola tat-Tielet Ordni Frangiskan u hi aggregata mal-patrijiet Frangiskani Minuri.  Fl-1946 saret kongregazzjoni ta’ dritt pontificju.  Il-Kongregazzjoni barra djar f’Ghawdex u f’Malta ghandha wkoll djar fl-Italja, fil-Grecja, fl-Ingilterra, fl-Etjopja, fil-Pakistan, fil-Brazil, fl-Awstralja, fl-Amerka u f’Gerusalemm.


http://www.newsbook.com.mt/blogg/2012/11/30/mara-li-habbet-l-imhabba%22.1910



Għalkemm għaddew 150 sena minn meta twieldet fit-28 ta’ Novembru 1862, ma nistgħux ngħidu li l-Qaddejja ta’ Alla Madre Margerita De Brincat indifnet fiż-żmien. Hija mhux biss ħalliet marka profonda fl-istorja tal-Knisja u tas-soċjetà, imma llum ukoll għadha figura li tqanqal interess u għajn ta’ ispirazzjoni għal ħafna.


Avventura interessanti


Għal Virġinja, kif kien jisimha Madre Margerita qabel daħlet soru, il-ħajja kienet avventura umana u Kristjana tassew interessanti. Ma bnietx palazzi, imma flimkien ma’ Dun Ġużepp Diacono waqqfet l-Ordni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, li llum huwa preżenti fil-ħames kontineti tad-dinja. Għalkemm Margerita kienet tħobb is-skiet u tfittex li tinħeba mill-għajn tan-nies, ħafna kienu dawk li fettxew id-direzzjoni tagħha u ħaddnu l-ideali reliġjużi u soċjali tagħha. Ma kienitx għalliema, imma ħadmet biex is-sorijiet fetħu għadd ta’ skejjel. La kellha taħriġ bħala social worker u fi żmienha lanqas kien hemm servizzi soċjali, imma l-foqra xorta sabu kenn tajjeb fiha. Bil-ħsieb li tgħin lix-xebbiet jitgħallmu sengħa u jsibu posthom fid-dinja tax-xogħol u l-kultura, bdiet tgħallem il-bizzilla, in-newl, il-pittura u l-mużika! F’ċertu sens kienet pijuniera tad-drittijiet tan-nisa f’pajjiżna. Għalkemm twieldet fir-raħal ċkejken ta’ Kerċem, il-viżjoni wiesgħa li kellha ma ħallithiex tingħalaq f’din il-gżira. Hi stess għamlet vjaġġi missjunarji f’Ruma, Sqallija, Korfù fil-Greċja u kien fi żmienha wkoll li s-Sorijiet Franġiskani fetħu xi djar fl-Etjopja.


Is-Sigriet tal-ħajja


Huwa naturali li quddiem din il-mara b’personalità daqshekk qawwija nistaqsu x’kien is-sigriet tagħha! Mix-xhieda li għandna dwarha kif ukoll mill-ittri tagħha faċli nsibu t-tweġiba! Madre Margerita kienet mara li nħatfet mill-ġmiel ta’ Ġesù Kristu! Sa minn ċkunitha bdiet vjaġġ spiritwali mhux tas-soltu li bil-mod il-mod għenha tikseb l-għerf tas-sema u fawrilha qalbha bl-imħabba divina. Infatti hemm min jiddeskrivi lil Madre Margerita bħala mara mistika, jiġifieri persuna li kellha esperjenza qawwija ta’ Alla!


Imħabba għal Alla


Huwa minnu li Virġinja kienet titkellem bil-Malti, bit-Taljan, bl-Ingliż u bil-Franciż; imma flimkien ma’ dawn l-erba’ lingwi, hija tgħallmet titkellem b’lingwa li tisboqhom ilkoll: il-lingwa tal-imħabba ta’ Alla! Kienet tqis lilha nfisha bħal tifla żgħira żgħira, ma djul il-Missier li l-preżenza tiegħu tnissiha kull dieqa1. Għaliha Ġesù kien “il-maħbub u l-ħelu tagħha”2; tant kienet tħobbu lil Ġesù, li kienet xewqa tagħha li toffri lilha nfisha bħala vittma għall-imħabba. Darba lid-Direttur Spiritwali tagħha kitbitlu hekk: “Ħallini mmut imsallba mal-Għarus Imsallab, ladarba din hija l-prova tal-imħabba vera”3. Dan kollu jispjega għaliex Madre Margerita kellha xewqa kbira li tinħeba fil-Qalb Ewkaristika ta’ Ġesù li tiġbor in-nar kollu tal-Imħabba ta’ Alla4. Hija kienet konvinta li t-tabernaklu huwa skola ta’ mħabba bla tarf u min ifittex joqgħod quddiemu jitkebbes b’dak in-nar! Kienet tħeġġeġ lill-oħrajn biex ikunu devoti tal-Ewkaristija għaliex fl-Ewkaristija Ġesù jagħmilna nifilħu bil-qawwa tiegħu5.


Hawn għandna konferma li għal Margerita l-fidi Nisranija kienet laqgħa personali ma’ Ġesù li għamlet differenza kbira f’ħajjitha! Inħoss li llum huwa meħtieġ li nifhmu dan is-sigriet: hemm bżonn li nkunu konvinti li temmen fi Kristu ma jfissirx biss li tkun taf xi sentenzi dwaru imma qabel kollox ifisser li nisimgħu lil Kristu jgħidilna kif qal lil Żakkew: “Illum ġej id-dar tiegħek”. U aħna niftħulu beraħ il-bieb ta’ qalbna u ta’ darna biex jiġi jgħammar magħna! Margerita kienet konvinta li Kristu mhux maħbub għaliex mhux magħruf – “l-imħabba mhux magħrufa, mhux maħbuba”6!


Alla għadu jsejjaħ


Meta fina nfusna noħolqu spazju għal Kristu, Kristu jaf jagħmel ħafna sorpriżi bħal fil-każ ta’ Virġinja! Din tant issaħħret warajh li ħaddnet il-ħajja reliġjuża biex tkun tista “tintemm kollha kemm hi fil-fjammi safja tal-imħabba divina”7. Nemmen li anke llum Ġesù għadu jsejjaħ persuni għal warajh kemm fil-ħajja saċerdotali kif ukoll f’dik ikkonsagrata. Nemmen li fostna għandna żgħażagħ li kapaċi jkunu ġenerużi mal-Mulej li qed isejħilhom. Inħeġġeġ lill-familji biex jitolbu għall-vokazzjonijiet, u jekk jintebħu li l-Mulej xeħet għajnejh fuq xi wild tagħhom, jgħinuh jew jgħinuha twieġeb!


Imħabba għall-bniedem


Madre Margerita kienet tgħożż ħafna l-festa tat-twelid ta’ Ġesu u t-tifkira tal-passjoni u l-mewt tiegħu. Dawn huma żewġ mumenti fejn jidher b’mod ċar li Ġesù qed jerfa’ fuqu l-piż tal-umanità biex iqaddes dak kollu li huwa uman. Kienet din l-ispiritwalità Franġiskana li kebbset f’qalb Madre Margerita l-imħabba lejn il-fqir u l-batut, tant li meddet għonqhagħall-ħidmiet soċjali li semmejna aktar ’il fuq. Huwa importanti li fuq l-eżempju tagħha aħna nkomplu nistinkaw biex ikollna Knisja attenta biex ittaffi l-madmad li qed jagħfas fuq il-bniedem, kif ukoll biex tipproponi inizjattivi soċjali b’riżq soċjetà li tkun verament tħares id-drittijiet tal-bniedem. Fuq quddiem nett ta’ dawn is-servizzi, nara l-edukazzjoni ta’ wliedna! L-iskejjel li fetħet il-Madre għadhom miftuħa u l-Knisja kompliet tiftaħ aktar. Hemm bżonn nibqgħu nagħtu l-appoġġ tagħna biex dawn l-iskejjel jibqgħu miftuħa. Dawn l-iskejjel tal-Knisja neħtiġuhom għall-formazzjoni Nisranija ta’ wliedna.


“Ittra ħajja” ta’ Margerita


Il-Knisja f’pajjiżna hija grata ħafna lejn is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù. Napprezzaw ħafna l-ħidmiet diversi li jagħmlu, imma fuq kollox huma l-għożża tagħna għax huma għalina l-“ittra ħajja” miktuba minn Madre Margerita! Nagħmlilhom kuraġġ biex bil-kelma u bl-eżempju jibqgħu jgħaddulna l-patrimonju spiritwali li ħalliet il-Madre.


F’din l-okkażjoni tal-150 sena mit-twelid ta’ Madre Margerita, filwaqt li nistieden lill-Insara biex jitolbu lil Alla ħalli nersqu għat-tmiem tal-proċess tal-beatifikazzjoni tal-Madre li issa jinsab quddiem il-Kongregazzjoni tal-Qaddisin f’Ruma, nagħmel sejħa biex nimmeditaw l-Ittri tal-Madre li huma bħal nixxiegħa spiritwali li tfarraġ ir-ruħ. Nawgura wkoll li aktar Insara jissieħbu fil-Gruppi ta’ talb magħrufa bħala “Stilel tal-Qalb ta’ Ġesù”, li jiltaqgħu mseddqin bit-tagħlim ta’ Madre Margerita jfaħħru lil Alla li minnu ġejja kull għotja tajba!

Illum, f’dan l-anniversarju, flimkien ngħidu grazzi lil Alla li bit-twelid ta’ Madre Margerita nebbet fjura li fetħet u fewħet il-ġnien tiegħu fil-gżira Għawdxija proprju lejlet li twaqqfet id-djoċesi tagħna fl-1864.

Nagħlaq billi bi kliem il-Qaddejja ta’ Alla Madre Margerita nawguralkom “xrar ta’ nar ta’ mħabba safja li taqbad fil-Qalb Qaddisa u fl-Ewkaristija ħalli lkoll nintemmu dejjem aktar f’din l-imħabba”.8

28 ta’ Novembru 2012
+ Mario Grech

Isqof ta’ Għawdex
.

Jekk tistgħu tifirħu meta it-tim tagħhkom jiskorja, tistgħu tfaħħru lil Alla - il-Papa Franġisku - Pope\'s Mass: sometimes Christians look down on those who praise God




==============================================================
Pope\'s Mass: sometimes Christians look down on those who praise God



http://www.maltadiocese.org/posts/detail/jekk-tistghu-tifirhu-meta-it-tim-taghhkom-jiskorja-tistghu-tfahhru-lil-alla-il-papa-frangisku.38144#.Uujy2NKxK00


Prayers of praise for God aren't just for charismatics, Pope Francis said in a morning homily.

"We find it easy to understand praying to ask God for something and also to thank the Lord," he said Jan. 28 at his early morning Mass. But prayers of praise "don't come so spontaneously."

According to a report in Vatican Radio, Pope Francis focused his homily on a line from the day's first reading, which described David as "dancing before the Lord with abandon."

Pope Francis said he could imagine someone objecting, "but, Father, that's for people in the Renewal in the Spirit, not for all Christians."

"No," he said, "prayers of praise are Christian prayer."

In fact, the pope said, the Psalms are filled with prayers of praise and that's what the Sanctus or "Holy, Holy" and the Gloria recited at Mass are.

Returning to possible objections, he said he knows some people might think they just can't pray that way. He said he would counter, "You're able to shout when your team makes a goal, but you cannot sing the Lord's praises?"

Explaining more of the biblical story from the 6th chapter of the Second Book of Samuel, Pope Francis noted how Michal, the daughter of Saul, reproached David for dancing in public and making a spectacle of himself. The chapter ends abruptly with the line, "Saul's daughter Michal was childless to the day she died."

"I wonder how many times we scorn in our hearts good people who praise the Lord naturally, spontaneously," rather than formally or with great dignity, he said.

When the Bible says Michal remained childless, it is telling believers that "prayers of praises make us fruitful," he said, while "those who close themselves up in the formality of a cold, careful prayer might end up like Michal in the sterility of her formality."

Source: Catholicnews.com