blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: February 2011

Monday, February 28, 2011

PLAYING GAMES AT THE FOOT OF THE CROSS - sung by Luke Garrett --- & --- reflection



You've heard the story, many times before -
How the soldiers gambled for the robe of the Lord.
Their laughter drowning out, the Saviour's cry,
"Father forgive them" as He bows His head and dies.

And they were playing games at the foot of the cross,
so close to His struggle, yet so far from the cost.
Never feeling the shame and never sensing the loss.
They were playing games at the foot of the cross.

We're so quick to judge them yet so slow to see
how their games resemble the ones played by you and me
As we fight for position in the Church of God
While the world just goes on dying without the Saviour's love.

We're just were playing games at the foot of the cross,
so close to His struggle yet so far from the cost.
Never feeling the shame and never sensing the loss.
We're just playing games at the foot of the cross.......






 Jn 8:31-42 -- Dispute Over Whose Children Jesus' Opponents Are - Il-Verità teħliskom

THE GOSPEL ON WEDNESDAY OF WEEK 5 OF LENT
Il-verità teħliskom
[Ġw:8:31] Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: "Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, [Ġw:8:32] u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom." [Ġw:8:33] Qalulu: "Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta' ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?" [Ġw:8:34] Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. [Ġw:8:35] U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa'. [Ġw:8:36] Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa. [Ġw:8:37] Jiena naf li intom nisel Abraham; madankollu qegħdin tfittxu li toqtluni, għax il-kelma tiegħi ma qabditx l-art fikom. [Ġw:8:38] Jiena qiegħed nitkellem fuq dak li rajt għand Missieri, u intom tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom."
Missierkom hu x-Xitan
[Ġw:8:39] Qabżu u qalulu: "Missierna hu Abraham." Qalilhom Ġesù: "Kieku kontu wlied Abraham, kontu tagħmlu bħalma għamel Abraham. [Ġw:8:40] Iżda issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili, bniedem li għedtilkom il-verità li smajt mingħand Alla. Dan ma għamlux Abraham. [Ġw:8:41] Intom tagħmlu bħalma jagħmel missierkom." Qalulu: "Aħna m'aħniex ulied iż-żína! Missier wieħed għandna, lil Alla." [Ġw:8:42] Qalilhom Ġesù: "Li kieku Alla kien missierkom, lili kontu tħobbuni, għax jien ħriġt u ġejt mingħand Alla. Għax jien ma ġejtx minn rajja, imma kien hu li bagħatni.


Corrupt or Sinner ?
Reflection on the Gospel --- Jn 8:31-42





.

Friday, February 25, 2011

TALBA GĦALL-KONSAGRAZZJONI TA' RADJU MARIJA

Thenna O Verġni Marija,
Għax il-Bxara t-tajba
Qed titwassal b'ferħ
B'grazzja qaddisa
Lit-trufijiet kollha tad-dinja
Għatxana, bħal art
Niexfa.


Il-Kelma ta' Alla
li saret laħam
Fil-ġuf safi tiegħek,
Bħal irjiħ ta' Rebbiegħa
Tiżra hena u paċi
F'qalb il-bniedem.


Minn qalb Ommok
Għotja ta' kobor bla' qies
Twieldet u tkabbret fi
Ħdan il-Knisja
Radju Marija.
Għodda umli ta' servizz
Fl-għalqa tal-Mulej.


Il-Familja dinjija
li Int għaqqadt
Minn kull poplu u nazzjon,
Tikkonsagra lilha nnifisha
Lilek,
U tipproklamak
Reġina tal-qalb tagħna.


Fidi u mħabba,
Tama u paċi
Huma l-messaġġ
Li ż-żgħar tiegħek
Iwasslu b'umiltà u fedeltà
Lil ħuthom irġiel u nisa.


Ħaddan bil-mant tiegħek,
O Verġni Marija
It-tbatijiet tad-dinja.
Ħalli l-fqar u l-morda
L-imnikkta u l-imġarrba
U l-midinbin kollha
Li jgħarrxu għal verità,
Isibu kennhom fik.


Ħaffef iż-żmien tal-grazzja
Iż-żmien tat-trijonf finali
Tal-Qalb immakulata
Tiegħek.
Agħtina l-Grazzja
Li naqduk bl-għotja ta'
Ħajjitna.
Ħalli d-dija tad-dawl
Ta' umanità li tħobb
Tfiġġ malajr fuq
Din l-art.
O Reġina ta' Radju Marija
Itlob għalina.

TALBA GĦAL RADJU MARIJA MILL-PAPA, SAN ĠWANNI PAWLU II


Marija,
Urina l-għażliet tal-ħajja.
Farraġna fi żmien il-prova,
ħalli b’hekk, fidili
lejn Alla u lejn il-bniedem,
naffrontaw, b’umilta u kuraġġ,
it-triqat misterjużi tas-sema,
biex inwasslu f’moħħ u f’qalb
kull persuna, l-aħbar it-tajba
ta’ Kristu Redentur tal-bniedem.
Marija,
Kewkba ta’ l-evanġelizazzjoni,
imxi magħna,
mexxi lil Radju Marija
u kun il-protettriċi tiegħu.


.