blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/19/12

Monday, March 19, 2012

TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM - 19 TA’ MARZU - SAN ĠUŻEPP, GĦARUS TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA - SOLENNITÀ



19 TA’ MARZU
  SAN ĠUŻEPP, GĦARUS TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA  -  SOLENNITÀ

meħudin mill-ktieb 'IT-TALBA TAN-NISRANI'   

IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA
(jew IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA tista' tinqarha http://medjugorjemalta.blogspot.com/2013/03/is-seja-ta-sbie-il-jum-fi-zmien-ir.html ) 
                                                                          (fi żmien ir-Randan ma tingħadx Alleluja)
(waqt li nroddu s-Salib ngħidu)
V. Mulej iftaħli xufftejja
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek
Glorja lill-Missier, u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

(Fi żmien il-Għid, fl-aħħar ta' l-antifona, fejn m'hemmx diġa, tiżdied, Alleluja)



Ant: Infaħħru lil Kristu Sidna fis-solennità ta’ San Ġużepp

Salm 94 (95)

Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,

   ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!

Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,

   ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ.  Ant:



Għax Alla kbir hu l-Mulej,

   sultan kbir fuq l-allat kollha.

F'idejh huma qigħan l-art,

   tiegħu huma l-qċaċet ta’ l-għoljiet.

Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;

   tiegħu l-art, għax b'idejh saret.  Ant:



Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,

   għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!

Għaliex hu Alla tagħna,

   u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu

      u n-nagħaġ tiegħu.  Ant:



Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu !

   "La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,

bħal dakinhar f'Massah, fid-deżert,

   meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,

   għalkemm raw dak li jien għamilt. Ant:



Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;

   u jien għedt: Qalbu mħassra dan il-poplu,   

   u triqati ma jagħrfux.

Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:

   Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi?"  Ant:

Glorja lill-Missier, u lil Iben, u lil Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Ant:


TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM

INNU

Int ġieħ ta’ l-anġli u l-qaddisin, Ġużeppi,

għajnuna tal-bnedmin u tama tagħna !

Ilqagħha l-għanja ta’ tifħir u qima

   li llum noffrulek.



Is-Sid tal-ħlejjaq għażlek, nisel David,

b’għarus tal-Verġni ; riedek tkun imsejjaħ

missier il-Verb; u tak li tkun ministru

   tas-salvazzjoni



B’ferħ kbir rajt il-Feddej, mimdud f’maxtura,

li kien imħabbar mill-profeti kollha,

u l-ewwel wieħed kont li, flimkien m’ommu,

   Inxtħett biex tqimu.


Sultan is-slaten, Alla, Sid id-dinja,

li jaħkem il-ħolqien u ħarstu triegħed

bil-biża’, lis-setgħat, ried joqgħod taħtek

   u jisma’ minnek.



Tifħir jintradd lit-Trinità Qaddisa,

li sawbet fuqek ġieħ u glorja kbira;

Għall-merti tiegħek, jogħġbu Alla jtina

il-ferħ ta’ dejjem. Ammen.




SALMODIJA
Ant. 1 Ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.




Salmi u kantiku tal-Ħadd tal-1 ġimgħa



Salm 62 (63), 2-9
Alla, Alla tiegħi int; *

   lilek ħerqan infittex.

Ruħi bilgħatx għalik, †

   għalik imxennaq jiena, *

   bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.

Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *

   biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *

   xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek. –

Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *

   ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.

Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *

   u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,

meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *

   u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.

Għax int kont għajnuna għalija, *

għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.

Miegħek tingħaqad ruħi, *

int tweżinni bil-leminija tiegħek.
Glorja.....



Ant. 1 Ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.

Ant. 2 Ġużeppi u Marija, omm Ġesu, baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu; u Xmun berikom.


Kantiku (Dan 3,57-88.56)
Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *

   faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *

   bierku, smewwiet, il-Mulej.



Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *

   bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *

   bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.



Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *

   bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *

   bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.



Bierku, nida u borra, il-Mulej; *

   bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *

bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.



Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *

   bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *

   ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.



Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *

   bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *

   bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.


Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *

   bierku, tjur kollha ta’ l-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *

   bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.



Bierek, Iżrael, il-Mulej, *

   faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *

   bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.



Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *

   bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *

   faħħruh u għolluh għal dejjem.


Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *

   infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *

   ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.




(Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx)




Ant. 2 Ġużeppi u Marija, omm Ġesu, baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu; u Xmun berikom.

Ant. 3 Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel, u ‘l ommu, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk  sal-mewt ta’ Erodi.

Salm 149 
Għannu lill-Mulej għanja ġdida: *

   fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *

   u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, *

   bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
   u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.



Bil-glorja jithennew ħbiebu, *
   u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, *

   u sjuf b’żewġt ixfar f’idejhom,

biex jistgħu jitħallsu mill-ġnus, *
   u jagħtu l-kastig lill-popli,
jorbtu bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
   bi rbit tal-ħadid il-kbarat tagħhom,

jagħmlu minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *

   dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.

Glorja.........


Ant. 3 Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel, u ‘l ommu, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk  sal-mewt ta’ Erodi.


LEZZJONI QASIRA                                                      2 Sam 7,28-29
   Sidi Mulej, int Alla, il-kelma tiegħek hi s-sewwa, u int wegħidt dan il-ġid kollu lill-qaddej tiegħek. Qum u bierek il-familja tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa’ quddiemek għal dejjem ! Għax int, Sidi Mulej, tkellimt, u l-familja tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal dejjem bil-barka tiegħek.


RESPONSORJU QASIR
R. Il-Mulej Alla * Għamlu sid fuq id-dar tiegħu. Il-Mulej Alla……..
V. Ħallielu f’idejh ġidu kollu. * Għamlu sid fuq id-dar tiegħu.

Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.
Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu.
 ----------------------------------------------------------

Fi żmien il-Għid

R. Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu * Hallelujah, hallelujah. Il-Mulej Alla…….
V. Ħallielu f’idejh ġidu kollu. * Hallelujah, hallelujah.

Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.

Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu

----------------------------------------------------------- 

Ant. Tal-kantiku ta’ Żakkarija: Ġużeppi mar joqgħod f’belt jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li l-profeti ħabbru fuq Kristu: Ikun jissejjaħ Nażri.


Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *

   għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni *

   f’dar David, qaddej tiegħu,

bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi *

   b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna *

   u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, *

   u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, *

   li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, *

   naqduh bla biża’

tul ħajjitna kollha, *
   bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.



U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *

   għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,

biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
   bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *

   li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu

   fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, *

ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.



Glorja lill-Missier, u lil Iben, *

u lil Ispirtu s-Santu,
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Ant. Tal-kantiku ta’ Żakkarija: Ġużeppi mar joqgħod f’belt jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li l-profeti ħabbru fuq Kristu: Ikun jissejjaħ Nażri

PREĊI
Il-Mulej waħdu jiġġustifika lill-bnedmin. Nitolbuh bl-umiltà:
   Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int, Alla Sidna, sejjaħt lil missirijietna biex jgħixu b’qalb perfetta quddiemek:
- agħmel li nimxu fuq il-passi tagħhom biex inkunu perfetti kif tridna int.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.

Int għażilt lil Ġużeppi, raġel gust, biex irabbi lil Ibnek li sar bniedem:
- agħmel li naqdu lill-ġisem ta’ Kristu f’ħutna, il-membri tiegħu.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.

Int fdajt id-dinja f’idejn il-bnedmin, biex jimlewha u jsaltnu fuqha:
- għallimna nkunu ħabrieka u bieżla fuq din l-art, u nfittxu bla heda l-glorja tiegħek.
  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.

Missier tagħna lkoll, ftakar fl-opra kbira ta’ idejk:

- agħmel li lkoll kemm aħna ngħixu ħajja xierqa ta’ bnedmin u naħdmu fis-sliem u b’qalb mistrieħa.

  Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.

Missierna…..

Talba

O Alla li tista’ kollox, inti fdajt il-misteru tas-salvazzjoni, sakemm kien għadu fil-bidu tiegħu, taħt il-ħarsien fidil ta’ San Ġużepp; agħmel li, bit-talb tiegħu, il-Knisja tiegħek taqdi dejjem dan il-misteru, sa ma jseħħ għal kollox.

B’Ibnek Ġesu Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

(waqt li nroddu s-Salib ngħidu) --- IL-MULEJ IBERIKNA, IĦARISNA MINN KULL DENI U JWASSALNA GĦALL-ĦAJJA TA' DEJJEM, AMMEN.

-----------------------------------------------------------

L-ewwel Qari : 2 Samwel 7:4-5, 12-14, 16
S
alm Responsorjali : -- In-nisel tiegħu jibqa' għal dejjem
Salm 88: 2-5, 27, 29 
It-tieni Qari : mill-Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Rumani 4:13, 16-18, 22
L-Evanġelju : San Mattew 1:16, 18-21, 24a 

              jew : San Luqa 2:41-51

 
March 19 -- Mt 1:16, 18-21, 24a -- St Joseph's Feast - Festa ta' San Guzepp -- 19 ta' Marzu

 
 
 
March 19 -- Lk 2:41-51-- Feast of St Joseph - Festa ta' San Ġużepp -- 19 ta' Marzu

.



IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR LIL ALLA


meħudin mill-ktieb 'IT-TALBA TAN-NISRANI'


IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR LIL ALLA

V. Mulej iftaħli xufftejja
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħek

Glorja lill-Missier, u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

(Fi żmien il-Għid, fl-aħħar ta' l-antifona, fejn m'hemmx diġa, tiżdied, Alleluja)

Ant: (tal-jum)

Salm 94 (95)

Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
   ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
   ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ.  Ant:

Għax Alla kbir hu l-Mulej,
   sultan kbir fuq l-allat kollha.
F'idejh huma qigħan l-art,
   tiegħu huma l-qċaċet ta’ l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
   tiegħu l-art, għax b'idejh saret.  Ant:

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
   għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
   u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu
   u n-nagħaġ tiegħu.  Ant:

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu !
   "La twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bħal dakinhar f'Massah, fid-deżert,
   meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,
   għalkemm raw dak li jien għamilt.  Ant:

Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
   u jien għedt: Qalbu mħassra dan il-poplu,   
   u triqati ma jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
   Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi"  Ant:

Glorja lill-Missier, u lil Iben, u lil Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen.  Ant: