blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 04/01/13

Monday, April 01, 2013

Jesus, the Bread of Life --- Jn 6:25-59 --- Ġesù, il-Ħobż tal-Ħajja

 

 
The Holy Eucharist represents Jesus Christ, the second Person of the Holy Trinity, WHOLE - in Body, Blood, Soul and Divinity, in PERFECT UNITY with the Holy Trinity ONE GOD - THE CREATOR
 
Jesus, the Bread of Life --- Jn 6:25-59 --- Ġesù, il-Ħobż tal-Ħajja  
[Ġw:6:25] U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: "Rabbi, meta ġejt hawn?" [Ġw:6:26] Ġesù weġibhom: "Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. [Ġw:6:27] Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa' għall-ħajja ta' dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu." [Ġw:6:28] Mbagħad staqsewh: "X'għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta' Alla?" [Ġw:6:29] Weġibhom Ġesù: "L-opra ta' Alla hija din: li intom temmnu f'dak li huwa bagħat." [Ġw:6:30] Qalulu: "X'sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X'sejjer tagħmel? [Ġw:6:31] Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub, 'Tahom jieklu ħobż mis-sema.' " [Ġw:6:32] Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; [Ġw:6:33] għaliex il-ħobż ta' Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja."
[Ġw:6:34] "Sinjur," qalulu huma, "agħtina dejjem minn dan il-ħobż." [Ġw:6:35] Weġibhom Ġesù: "Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx. [Ġw:6:36] Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. [Ġw:6:37] Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx 'il barra; [Ġw:6:38] għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma  r-rieda ta' min bagħatni. [Ġw:6:39] Issa r-rieda ta' min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajjmu mill-imwiet  fl-aħħar jum. [Ġw:6:40] Din hi tabilħaqq ir-rieda ta' Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta' dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum."
[Ġw:6:41] Il-Lhud bdew igergru fuqu għax kien qal, 'Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema.' [Ġw:6:42] U bdew jgħidu: "Dan m'huwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u 'l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid, 'Jiena nżilt mis-sema'?" [Ġw:6:43] Ġesù weġibhom: "Toqogħdux tgorru bejnietkom. [Ġw:6:44] Ħadd ma jista' jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:45] Hemm miktub fil-Profeti, 'U kulħadd ikun mgħallem minn Alla.' Mela kull min jisma' lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. [Ġw:6:46] Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier. [Ġw:6:47] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:6:48] Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. [Ġw:6:49] Missirijietkom kielu l-manna fid-deżert, u mietu; [Ġw:6:50] dan hu l-ħobż nieżel mis-sema, biex min jiekol minnu ma jmutx. [Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja."
[Ġw:6:52] Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: "Kif jista' dan jagħtina ġismu biex nikluh?" [Ġw:6:53] Ġesù mela qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. [Ġw:6:54] Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta' dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:55] Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. [Ġw:6:56] Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa' fija u jiena fih. [Ġw:6:57] Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b'Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. [Ġw:6:58] Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; m'huwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem." [Ġw:6:59] Dan qalu huwa u jgħallem fis-sinagoga, f'Kafarnahum.
 
><>   ><>   ><>
 
Questions about The Holy Eucharist




.