MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Tuesday, April 08, 2014
Jn 8:31-42 -- Dispute Over Whose Children Jesus' Opponents Are - Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa.
WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 5 OF LENT ---
Evanġelju
Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa.
Ġw 8, 31-42
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, [Ġw:8:31] Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: "Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi, [Ġw:8:32] u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom." [Ġw:8:33] Qalulu: "Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta' ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?"
[Ġw:8:34] Weġibhom Ġesù: "Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub. [Ġw:8:35] U l-ilsir ma jibqax fil-familja għal dejjem; imma l-iben għal dejjem jibqa'. [Ġw:8:36] Jekk l-Iben jeħliskom, tkunu tabilħaqq ħielsa. [Ġw:8:37] Jiena naf li intom nisel Abraham; madankollu qegħdin tfittxu li toqtluni, għax il-kelma tiegħi ma qabditx l-art fikom. [Ġw:8:38] Jiena qiegħed nitkellem fuq dak li rajt għand Missieri, u intom tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom."
[Ġw:8:39] Qabżu u qalulu: "Missierna hu Abraham." Qalilhom Ġesù: "Kieku kontu wlied Abraham, kontu tagħmlu bħalma għamel Abraham. [Ġw:8:40] Iżda issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili, bniedem li għedtilkom il-verità li smajt mingħand Alla. Dan ma għamlux Abraham. [Ġw:8:41] Intom tagħmlu bħalma jagħmel missierkom."
Qalulu: "Aħna m'aħniex ulied iż-żína! Missier wieħed għandna, lil Alla." [Ġw:8:42] Qalilhom Ġesù: "Li kieku Alla kien missierkom, lili kontu tħobbuni, għax jien ħriġt u ġejt mingħand Alla. Għax jien ma ġejtx minn rajja, imma kien hu li bagħatni.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
****************************************
****************************************
****************************************
Lectio Divina: John 8,31-42
http://ocarm.org/en/content/lectio/lectio-divina-john-831-42
Subscribe to:
Posts (Atom)