blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 09/18/14

Thursday, September 18, 2014

Lk 7:31-35 -- To what, then, can I compare the people of this generation ? - Ma' min, mela se nxebbahhom in-nies ta' dan iż-żmien?

 
Lk 7:31-35 -- To what, then, can I compare the people of this generation ? - Ma' min, mela se...


--- 'We played the pipes, and you wouldn't dance' ---
WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME


Evanġelju
Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom.
Lq 7, 31-35


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: [Lq:7:31] "Ma' min, mela, se nxebbahhom in-nies ta' dan iż-żmien? Lil min jixbhu? [Lq:7:32] Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu,
                    'Daqqejnielkom il-flawt
                    u ma żfintux,
                    għannejnielkom għanja ta' niket
                    u ma ħabbattux fuq sidirkom!'

[Lq:7:33] Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li 'għandu fih xitan'. [Lq:7:34] Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, 'Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!' [Lq:7:35] Imma l-ulied ta' Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu."




Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.





.

Lk 7:36-50 -- Jesus Anointed by a Sinful Woman - Ġesù għand Xmun il-Fariżew

THURSDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME



Lk 7:36-50 -- Jesus Anointed by a Sinful Woman - Ġesù għand Xmun il-Fariżew


Ġesù għand Xmun il-Fariżew
[Lq:7:36] Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. [Lq:7:37] Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ; [Lq:7:38] u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b'xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ. [Lq:7:39] Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu: "Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x'mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!" [Lq:7:40] Imma Ġesù qabad u qallu: "Xmun, għandi ħaġa xi ngħidlek.""Għid, mgħallem" qallu dak. [Lq:7:41] "Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma' wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin. [Lq:7:42] Minn fejn iħallsu dejnhom ma kellhomx, u hu ħafrilhom it-tnejn. Min minnhom se jħobbu l-iżjed?" [Lq:7:43] Wieġeb Xmun u qal: "Jidhirli jien li dak li ħafirlu l-iżjed." "Ħsibtha tajjeb" qallu Ġesù. [Lq:7:44] Mbagħad dar lejn il-mara u qal lil Xmun: "Qiegħed taraha lil din il-mara? Dħalt għandek, u ilma għal riġlejja ma tajtnix, iżda hi riġlejja xarrbithomli bi dmugħha u xxuttathomli b'xuxitha. [Lq:7:45] Bewsa ma tajtnix, iżda hi minn xħin daħlet ma waqfitx tbusli riġlejja. [Lq:7:46] Rasi ma dlikthilix biż-żejt, imma hi dilkitli riġlejja b'żejt ifuħ. [Lq:7:47] Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit iħobb." [Lq:7:48] Mbagħad qal lilha: "Dnubietek maħfura." [Lq:7:49] Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom: "Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?" [Lq:7:50] Iżda hu qal lill-mara: "Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem."

================

Pope Francis at Santa Marta: We experience Christ's forgiveness when recognizing our sins  




=============================
=============================
=============================

 
&
 


ĦNIENA SKANDALUŻA - SCANDALOUS MERCY --- and --- Pope Francis Mass at Santa Marta on 20th September 2018
https://medjugorjemalta.blogspot.com/2018/09/niena-skandaluza-scandalous-mercy-and.html







.