blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: SEPTEMBER 15 - OUR LADY OF SORROWS --- MARIJA ADDOLORATA - 15 ta' SETTEMBRU

Tuesday, September 10, 2013

SEPTEMBER 15 - OUR LADY OF SORROWS --- MARIJA ADDOLORATA - 15 ta' SETTEMBRU







 
 
 

15 TA’ SETTEMBRU
 
IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAD-DULURI
 
 
Il-Knisja tfakkar id-duluri tal-Madonna darbtejn matul is-sena:  nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa tal-Passjoni (il-Ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum 15 ta’ Settembru.  L-ewwel waħda inbdiet f’Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu ħmistax bħala tpattija ta’ l-ereżija ta’ Ġovanni Hus.  Dik tal-lum bdewha l-Patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħand il-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba’ Duluri fit-tielet Ħadd ta’ settembru.  Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 rritorna mill-eżilju estenda din il-festa għall-Knisja kollha bħala tifkira ra’ kemm il-Knisja (u hu personalment) batiet minn Napuljun.
 
Imbagħad, il-Papa san Piju X, meta għamel ir-riforma tal-Kalendarju liturġiku, iffissa d-data tal-festa meta għamel fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija.
 
Il-Madonna sofriet mhux għax kellha xi dnub.  It-tnissil tagħha kien immakulat.  Il-ħajja tagħha kienet bla l-iċken dnub.
 
 
Is-Seba’ Duluri nistgħu nniżżluhom hekk:
  1. Il-Profezija ta’ Xmun fit-tempju.
  2. Il-ħarba lejn l-Eġittu, triq ta’ 480 kilometri, bit-tarbija Ġesù ta’ inqas minn sena.
  3. It-telfa ta’ Ġesù.
  4. Il-laqgħa tagħha ma’ Ġesù jġorr is-salib fi triqtu lejn il-Kalvarju.
  5. Il-kruċifissjoni.
  6. Ġesù mejjet fi ħdanha.
  7. Id-difna ta’ Ġesù.
    
                                                            
Ħsieb
Kollox nieħu bis-sabar għal dawk li huma magħżulin biex huma wkoll jiksbu  s-salvazzjoni li hi s-sebħ għal dejjem fi Kristu Ġesù.  Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha:  jekk aħna mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll;  jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll. (2 Tim. 2:10-12)

 



5th Sorrowful Mystery - Il-5 Misteru tat-Tbatija 
Mosaic at Ta' Pinu Sanctuary, Gozo.


 

 







Stabat Mater (At the cross her stations keeping) 




 


Panegyric to Our Lady of Sorrows - Paniġierku Festa Marija Addolorata Sultana tal- Martri SPB, 27 ta' Lulju 2014 - minn Patri Martin Mamo OFM Cap  







Perhaps someone will say: "Had she not known before that he would not die?" Undoubtedly. "Did she not expect him to rise again at once?" Surely. "And still she grieved over her crucified Son?" Intensely. Who are you and what is the source of your wisdom that you are more surprised at the compassion of Mary than at the passion of Mary's Son? For if he could die in body, could she not die with him in spirit? He died in body through a love greater than anyone had known. She died in spirit through a love unlike any other since his. (from a Sermon of St. Bernard)

~excerpts from Bd. Henry Suso's A Little Book of Eternal Wisdom: On The Unutterable Heart-Rending Grief of The Pure Queen of Heaven ~



WHAT SUFFERING BRINGS...




PROPER GOSPEL ON SEPTEMBER 15 -  OUR LADY OF SORROWS

Jn 19:25-27 -- Our Lady of Sorrows - Marija Addolorata wieqfa' ħdejn is-Salib tal-Mulej  

- FRIDAY EVENING OF WEEK 5 OF LENT - THE GOSPEL ON THE DEVOTIONAL MEMORIAL OF OUR LADY OF SORROWS - ID-DULURI
- MAY 13 - OUR LADY OF FATIMA - one of the alternative Gospels
- SEPTEMBER 15 - THE GOSPEL ON THE FEAST OF OUR LADY OF SORROWS


Evanġelju
Ġw 19, 25-27


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
 
 
 
 
****************************************
 
 
 
GOSPEL (2nd alternative)
Lk 2:33-35 -- a sword will pierce your own soul too / u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek - 15 Sept

Evanġelju
Lq 2, 33-35


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa


F’dak iż-żmien, [Lq:2:33] Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu. [Lq:2:34] Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: "Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, [Lq:2:35] - u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! - biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna."
 

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

 
 
 
><>   ><>   ><>
 
 
 
 Homily: Our Ladys Compassion  





Homily: Our Lady of Sorrows, Coredemptrix and Mediatrix






The Seven Sorrows of Mary  - Our Lady of Sorrows   





Graces from the Sorrows  






IL-KURUNELLA LIL MADONNA TAD-DULURI - Chaplet to Our Lady of Sorrows (in Maltese)
http://medjugorjemalta.blogspot.com.mt/2013/01/il-kurunella-lil-madonna-tad-duluri.html





.