blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 01/10/13

Thursday, January 10, 2013

Lk 5:12-16 -- Jesus Heals a Man With Leprosy - Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż



http://www.youtube.com/watch?v=2vLGuu9gw4g

Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż
(Mt 8, 1-4 ; Mk 1, 40-45)

[Lq:5:12] Darba kien qiegħed f'belt. U jkun hemm raġel marid sewwa bil-lebbra; kif ra lil Ġesù, mar u nxteħet wiċċu fl-art quddiemu jitolbu u jgħidlu: "Mulej, jekk trid, tista' tfejjaqni." [Lq:5:13] Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: "Iva, irrid; kun imfejjaq," u minnufih il-lebbra marritlu. [Lq:5:14] Ġesù widdbu u qallu: "Qis li ma tgħid xejn lil ħadd. Iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek, kif ordna Mosè, biex hekk tagħtihom xhieda li inti fiqt." [Lq:5:15] Il-fama tiegħu bdiet aktar tixtered, u folol kbar ta' nies kienu jmorru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. [Lq:5:16] Iżda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jinġabar fit-talb.







.

Lk 4:14-22a -- ...Jesus returned to Galilee... - Il-bidu tal-ministeru ...


THE GOSPEL - Thursday after Epiphany or January 10th





http://www.youtube.com/watch?v=lo3QeNBSqZw

Il-bidu tal-ministeru ta' Ġesù fil-Galilija
(Mt 4, 12-17 ; Mk 1, 14-15)


[Lq:4:14] Ġesù, bil-qawwa ta' l-Ispirtu, reġa' mar il-Galilija; u l-fama tiegħu xterdet ma' dawk l-inħawi kollha, [Lq:4:15] għax hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom fost it-tifħir ta' kulħadd.

In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù
(Mk 13, 53-38 ; Mt 6, 1-6)


[Lq:4:16] U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
        [Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
        għax hu kkonsagrani,
        Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
        nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
        u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
        nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
        [Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.'

[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu." [Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu......




.