MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Friday, December 21, 2012
23rd Dec -- Lk 1:57-66 -- The Birth of John the Baptist - It-twelid ta' ...
http://www.youtube.com/watch?v=o017QiGDdO4
It-twelid ta' Ġwanni l-Battista
[Lq:1:57] Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. [Lq:1:58] Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. [Lq:1:59] Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, [Lq:1:60] imma qabżet ommu u qalet: "Le, iżda Ġwanni jkun jismu." [Lq:1:61] Qalulha: "Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!" [Lq:1:62] Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x'ried isemmih, [Lq:1:63] u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: "Ismu huwa Ġwanni." U kulħadd baqa' mistagħġeb. [Lq:1:64] Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, lsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla. [Lq:1:65] U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża', u bdew ixandru dawn il-ġrajjiet kollha ma' l-għoljiet kollha tal-Lhudija, [Lq:1:66] u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f'qalbu u jgħid: "Mela x'għad ikun dan it-tifel?" U tassew, id il-Mulej kienet miegħu.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment