blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: Parafrasi tat-talba tal-Missierna ta' San Frangisk / Paraphrase of Our Father by St Francis

Thursday, March 01, 2012

Parafrasi tat-talba tal-Missierna ta' San Frangisk / Paraphrase of Our Father by St Francis


Parafrasi tat-talba tal-Missierna ta' San Frangisk


Missierna: l-aktar Qaddis, Hallieq, Feddej, Konsolatur u Salvatur taghna.

Li inti fis-smewwiet: fl-angli u l-qaddisin, iddawwalhom biex jaghrfuk, ghax inti, Mulej, int Dawl; theggighom biex ihobbuk, ghax int, Mulej, int Imhabba; tghammar fihom u tfawwarhom bil-hena, ghax int, Mulej, int l-oghla tjieba,tjieba bla tmiem, il-bidu ta’ kull tjieba u minghajrek m’hemm l-ebda tjieba.

Jitqaddes ismek: Jalla l-gharfien tieghek fina jsir aktar car, biex inkunu nistghu naghrfu, il-wisa’ tat-tjieba tieghek, it-tul tal-weghdiet tieghek, l-gholi tal-kobor tieghek u l-fond tal-gudizzji tieghek.

Tigi Saltnatek: Halli ssaltan fina bil-grazzja tieghek, u thaffifna biex naslu ghas-saltna tieghek, fejn hemm naraw id-dehra cara tieghek, l-imhabba perfetta tieghek, l-ghaqda hienja mieghek, u t-tgawdija bla tmiem tieghek,

Ikun li trid int kif fis-sema hekkda fl-art: Biex inhobbuk b’qalbna kollha billi nahsbu dejjem fik; b’ruhna kollha billi dejjem nixtiquk; b’mohhna kollu, billi ndawru fehmietna lejk, u billi nfittxu f’kollox il-glorja tieghek; b’sahhitna kollha, billi nhaddmu l-qawwiet u s-setghat kollha ta’ ruhna u ta’ gisimna f’xejn aktar hlief fil-qadi ta’ mhabbtek. Biex inhobbu lil qrabatna bhalna nfusna billi b’hilitna kollha nigbduhom ilkoll lejn imhabbtek. Billi nifirhu bil-gid ta’ l-ohrajn daqslikieku taghna, billi nsofru ma’ l-ohrajn fit-tigrib u billi ma nweggghu lil hadd.

Hobzna ta’ kuljum: l-ghaziz Ibnek, il-Mulej taghna Gesù Kristu.
Aghtina llum: b’tifkira, b’fehma u b’qima ta’ dik l-imhabba li kellu ghalina u ghal kull ma qal u ghamel u bata ghalina.

Ahfrilna Dnubietna: Ghal hnientek li ma titfissirx bil-kliem, bil-qawwa tal-passjoni ta’ Ibnek il-ghaziz u ghall-merti u t-talb
ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija u tal-maghzulin tieghek kollha.

Bhalma nahfru lil min hu hati ghalina: u dak kollu li ahna ma jirnexxilniex nahfru aghmel, Mulej, li nahfru ghal kollox. Biex hekk, ghal imhabbtek inhobbu tassew lill-ghedewwa taghna u biex bil-hegga kollha nidhlu ghalihom quddiemek, bla ma nroddu lil hadd deni b’deni imma naghmlu hilitna biex fik naghmlu l-gid lil kulhadd.

La ddahhalniex fit-tigrib: mistur jew maghruf, li jigi f’salt jew li jissokkta.

Izda ehlisna mid-deni: ta’ l-imghoddi, t’issa u ta’ li gej. Ammen


IN ENGLISH -- http://www.franciscan-archive.org/patriarcha/opera/parafras.html

No comments: