blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 12/17/13

Tuesday, December 17, 2013

EJJA DIVIN MESSIJA - O COME DIVINE MESSIAH --- & --- O EJJA, EJJA GĦIMMANU-EL - O COME, O COME EMMANUEL


EJJA DIVIN MESSIJA - (O COME DIVINE MESSIAH)




Ejja Divin Messija, l-għajnejn u l-qlub jixxenqu l-jum

li fih tidhrilna l-ħniena w Adam mill-mewt iqum

 

Feddej ħanin, la  tiddawwarx. Arana lkoll mid-dawl neqsin

għall-għawġ bla qies fid-dlam mexjin.......... Ejja Divin Messija...

 

Ħabib tas-sema, ejja:  Mill-ktajjen tqal tal-kbir qarrieq,

f’ġieħ IsmeK fis eħlis-na,  u roddna lill-Ħallieq.   RIT

 

Sultan tal-Paċi, ejja:  Ħa jerġgħu fl-art il-ħaqq u s-sliem,

u jgħibu quddiem wiċċeK, tal-qerq u l-ġlied il-jiem.   RIT

 

O Dawl ta’ dejjem ejja:  Għallimna t-triq, urina t-tmiem,

fejn tgħammar Int bil-hena, li tgħaddi l-ħsieb u l-kliem.   RIT

 

===============================================

O ejja ejja Għimmanu-El - (O COME, O COME EMMANUEL) 








O!    Ejja ejja Għimmanu-El! Ħa tfittex teħles ’l Iżrael
Li
bit-tnehid u d-dmugħ  ta’ lsir jistenna l-ħlas tal-fidwa jsir.

 

Rit: O! Ifraħ, ifraħ Iżrael! Dal-waqt tarah l-Għimmanu-El

 

O! Ejja ejja fjur ta’ Iżaj, ħa tkun tal-ġnus it-twajjeb ragħaj
Li b’mewtu jeħles il-merħliet
,  u jimla d-dinja bil-barkiet. Rit:

 

O! Ejja ejja dawl ħanin, li timla l-moħħ bid-dawl divin

U twarrab ’l hemm id-dawl qarrieq, li jaħbi l-wiċċ tal-Kbir Ħallieq Rit:

 

O! Ejja ejja kbir muftieħ! iftħilna l-bieb bla qies sabiħ

Tas-Saltna kollha ferħ u sliem, w agħlqilna l-bieb tal-ħabs dejjem. Rit:

 

O! Ejja ejja Re setgħan, li tajt lill-Poplu wisq beżgħan

Il-liġi mqaddsa fost ir-ragħad, ħa jwarrdu fl-art is-sbieħ xewqat.  Rit:





.