blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 08/20/12

Monday, August 20, 2012

Mt 19:16-22 -- The Rich and the Kingdom of God - Iż-żgħażugħ għani


Iż-żgħażugħ għani
(Mk 10, 17-31 ; Lq 18,18-30)
[Mt:19:16] Resaq wieħed fuqu u qallu: "Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?" [Mt:19:17] U Ġesù qallu: "Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti." [Mt:19:18] "Liema?" staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: "La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, [Mt:19:19] weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek." [Mt:19:20] Qallu ż-żagħżugħ: "Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?" [Mt:19:21] Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja." [Mt:19:22] Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna.