blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 07/14/12

Saturday, July 14, 2012

Mt 10:16-23 -- ....Jesus' disciples persecuted - Id-dixxipli ta' Ġesù jkunu ppersegwitati




Id-dixxipli ta' Ġesù jkunu ppersegwitati
[Mt:10:16] "Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem.[Mt:10:17] Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f'idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom,[Mt:10:18] itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.[Mt:10:19] Iżda meta jerħukom f'idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x'se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu.[Mt:10:20] Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta' Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom.[Mt:10:21] L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt.[Mt:10:22] U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f'ismi. Imma min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva.[Mt:10:23] Jekk jippersegwitawkom f'belt, aħarbu f'oħra. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta' Iżrael sa ma jiġi Bin il-bniedem.



.

Mt 10:24-33......Minn min għandkom tibżgħu......


[Mt:10:24] "Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu.[Mt:10:25] Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta' Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta' daru!
Minn min għandkom tibżgħu
[Mt:10:26] "Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.[Mt:10:27] Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f'widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.[Mt:10:28] U tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista' jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.[Mt:10:29] Żewġ għasafar tal-bejt m'hux b'ħabba jinbiegħu? U b'danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa' fl-art mingħajr ir-rieda ta' missierkom.[Mt:10:30] Intom imbagħad sa x-xagħar ta' raskom kollu hu magħdud.[Mt:10:31] Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.
Id-dixxiplu jistqarr li hu ma' Ġesù
[Mt:10:32] "Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.[Mt:10:33] Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.

Mt 11:20-24 -- Woe on Unrepentant Towns - Jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon u għall-art ta’ Sodoma milli għalikom.





TUESDAY GOSPEL OF WEEK 15 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon u għall-art ta’ Sodoma milli għalikom.

Mt 11, 20-24

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:11:20] Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom:[Mt:11:21] "Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f'Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta' l-ixkejjer u l-irmied.[Mt:11:22] Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

[Mt:11:23] U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħ nett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru f'Sodoma, kieku għadha wieqfa sa llum.

[Mt:11:24] Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall-art ta' Sodoma milli għalik."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.

Mt 11:25-27 Ejjew għandi, u jiena nserraħkom


Ejjew għandi, u jiena nserraħkom
[Mt:11:25] F'dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: "Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.[Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.[Mt:11:27] "Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.

Mt 11:28-30.....Ejjew għandi, u jiena nserraħkom


[Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.[Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.[Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."