blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 11/01/14

Saturday, November 01, 2014

Psalm 136 - Litany of Thanksgiving --- Salm 136 - Litanija ta' Radd il-Ħajr --- The Greatest Love Story of All Time is Contained in a Tiny White Host



Psalm 136 - Litany of thanksgiving



Salm 136 (135). Litanija ta' radd il-ħajr

[S:136:1] Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:2] Roddu ħajr lil Alla fuq l-allat,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:3] Roddu ħajr lis-Sid tas-sidien,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:4] Hu waħdu għamel għeġubijiet kbar,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:5] Hu li għamel is-smewwiet bil-ħsieb,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:6] Li firex l-art fuq l-ilmijiet,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
 

[S:136:7] Li għamel id-dwal il-kbar,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:8] Għamel ix-xemx biex taħkem fuq il-jum,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:9] Il-qamar u l-kwiekeb biex jaħkmu fuq  il-lejl
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:10] Hu darab l-Eġizzjani f'uliedhom il-kbar,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.


[S:136:11] U ħareġ lil Iżrael minn ġo nofshom,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
S:136:12] Ħariġhom b'id qawwija u bi driegħ merfugħ,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:13] Hu feraq fi tnejn il-Baħar tal-Qasab,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:14] U għadda lil Iżrael minn ġo nofshom,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:15] Ġarraf il-Fargħun u l-eżerċtu tiegħu fil-Baħar tal-Qasab,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:16] Hu mexxa fid-deżert il-poplu tiegħu,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.


[S:136:17] U xejjen slaten qawwija,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
 

[S:136:18] Qered slaten kbar,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
 

[S:136:19] Qered lil Siħon, sultan ta' l-Amurrin,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:20] U 'l Għog, sultan ta' Basan,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.
 

[S:136:21] U l-art tagħhom qassamha b'wirt,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

 
[S:136:22] B'wirt lil Iżrael, qaddej tiegħu,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.


[S:136:23] Meta konna magħkusin ftakar fina,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.


[S:136:24] U ħelisna mill-għedewwa tagħna,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.


[S:136:25] Lil kulħadd hu jagħti l-ikel,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.


[S:136:26] Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet,
għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.





Pope Francis: Unity is not everyone thinking alike --- Uniformity is not Catholic, it is not Christian

 
 
 
 
 


Published on 31 Oct 2014


.