blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/24/14

Monday, March 24, 2014

MARCH 25 - The Solemnity of the Annunciation and Incarnation of the Lord - Lk 1:26-38 - The Most Important Day In History


The dove symbolizes the act of conception which took place in the Virgin’s ear – first mentioned in the 4th century by Athanasius of Alexandria: “Come and gaze upon this marvellous feat: the woman conceives through the hearing of her ears!” Ephrem of Syria wrote: “Like the Burning Bush on Horeb (Mount Sinai) which carried God in the heart of the flames, so Mary brought Christ into her virginity: through her ear the Divine Word of the Father entered and dwelt secretly in her womb.”


Sacred Scripture was meant to be received aurally in the liturgy, in the same way that classic iconography depicts the Blessed Mother receiving the Word of God via a dove entering her ear. In fact, we call that blessed event the Annunciation because it was St. Gabriel’s “announcement” that itself realized the miracle of Jesus’ virginal conception. “Come and gaze upon this marvellous feat,” St. Athanasius attests, “the woman conceives through the hearing of her ears!” We’re called to do the same during the readings at Mass: To imitate Our Lady in receiving the Lord through hearing a proclamation, much as her cousin Elizabeth “received” an encounter with Jesus the moment she heard Mary’s greeting at the Visitation.




\




Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej 25 ta' Marzu -- Ħsieb mill-Facebook ta' P. Arthur Cutajar OFM Conv.

video published on 25th March, 2020












--- MARCH 25 - SOLEMNITY OF THE ANNUNCIATION AND INCARNATION OF THE LORD - Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej - "Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben." Evanġelju Lq 1, 26-38 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F'dak iż-żmien: [Lq:1:26] l-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla, f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David; u x-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] Daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Għal dan il-kliem tħawwdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet tfisser dik it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, inti se tnissel fi ħdanek u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u s-saltna tiegħu ma kollhiex tmiem." [Lq:1:34] Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" [Lq:1:35] Weġibha l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jkun jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] U ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, hija wkoll nisslet iben fi ħdanha, u dan huwa s-sitt xahar għaliha li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir." [Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: "Hawn jien l-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!" U l-anġlu telaq minn ħdejha. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu







Papa Francesco a Milano - L'omelia nella Messa celebrata nel Parco di Monza

L'omelia di Papa Francesco nella Santa Messa nella Solennità dell'Annunciazione, celebrata nel Parco di Monza, con un milione di fedeli, nella quarta tappa della sua visita a Milano. Sabato 25 marzo 2017

















http://thechurchinmalta.org/en/posts/78990/the-feast-of-the-annunciation-it-begins-with-two-and-ends-with-three?fbclid=IwAR1l7YFnBph1Sj_zc5e7miO8KuZjJAf3pSrjQDPGviCZS8tV6yYqyM2pxFo

The feast of the Annunciation: It begins with two and ends with three

Quddiesa fil-festa tal-Lunzjata

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

    25 ta' Marzu 2019
    Bħal-lum, il-25 ta’ Marzu, f’kull quddiesa mad-dinja kollha waqt li jingħad il-Kredu, aħna ninżlu għarkupptejna meta ngħidu l-kliem: “U ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem”. Dan il-kliem dejjem ngħiduh waqt il-Kredu, imma bħal-lum ninżlu għarkupptejna.

    It-titular
    Jien kelli l-kurżità meta bdiet din it-tradizzjoni li ninżlu għarkupptejna b’rabta ma’ din il-ġrajja. Ir-risposta qiegħda ssuġġerita fil-kwadru titulari tal-Lunzjata ta’ Giuseppe Calleja. Kien l-anġlu Gabrijel l-ewwel li niżel għarkupptejh quddiem Marija.
    Min jidħol il-knisja u mhux midħla tal-ġrajja tal-Lunzjata għandu mnejn jaħseb li l-anġlu niżel għarkupptejh quddiem Marija minħabba fiha. Imma aħna nafu li ma għamilx hekk biex jadura lil Marija imma niżel għarkupptejh biex jadura l-Iben ta’ Alla li sar bniedem fil-ġuf ta’ Marija hekk kif Marija aċċettat li ssir Omm Alla. Għalhekk, illum, meta aħna se ninżlu għarkupptejna, se nagħmlu kif għamel l-anġlu tat-titular.

    Il-vara
    Ħa nħarsu issa lejn il-vara sabiħa ta’ Salvatore Dimech, li tlett ijiem oħra tagħlaq 150 sena fostna mill-jum meta ġiet f’din il-parroċċa, u lbieraħ kienet f’pellegrinaġġ mat-toroq ta’ Ħal Balzan. Din il-vara turi xena ta’ ftit mumenti qabel ix-xena li hemm fil-pittura. Il-vara toħroġ b’mod espressiv ħafna lil Marija bl-anġlu wieqaf quddiemha qed jgħidilha li hi se tnissel fi ħdanha u jkollha iben u ssemmih Ġesù. Hemm kliem sabiħ ħafna ta’ San Bernard fit-Tifħir lill-Verġni Marija hu u jimmedita fuq din il-ġrajja. Jistħajjel li qed ikellem lil Marija u jgħidilha:
    “Verġni Marija, issa smajtha l-aħbar: int se tnissel u jkollok iben; u smajt ukoll li dan m’hux se jsir permezz ta’ bniedem imma bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ... Wieġeb, o Verġni, ħaffef. Iddumx ma twieġbu lill-Anġlu, anzi lill-Mulej permezz tal-Anġlu. Wieġeb b’kelma; lissen il-kelma tiegħek, u nissel il-Kelma ta’ Alla; oħroġ minn fommok kelma li malajr tgħaddi, u ħaddan miegħek il-Kelma li tibqa’ għal dejjem ... Mela iftaħ qalbek għall-fidi, Verġni mbierka, iftaħ xufftejk u stqarr li emmint, ilqa’ fi ħdanek lil min ħalqek. Ara, il-mistenni mill-ġnus jinsab barra fil-bieb u qiegħed iħabbat ... Qum, isa, iftaħlu! Qum bis-saħħa tal-fidi, ħaffef bil-qawwa tat-tjieba, iftaħlu bl-istqarrija tiegħek, u għid: Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek!”
    Nixtieqkom tinnutaw b’mod partikulari l-kliem ta’ San Bernard: “Lissen il-kelma tiegħek, u nissel il-Kelma ta’ Alla … ilqa’ fi ħdanek lil min ħalqek”. Hekk għamlet Marija u għall-kliem tagħha “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmtek,” Ġesù beda l-ħajja tiegħu fuq din l-art fil-ġuf ta’ Marija.

    Minn tnejn għal tlieta
    Hu sewwasew f’dan il-mument, meta Marija aċċettat, li mix-xena rappreżentata fil-vara ngħaddu għal dik tal-kwadru. Minn tnejn min-nies kif naraw fil-vara, issa hemm tlieta min-nies fil-kwadru. Il-ġrajja li smajna minn San Luqa bdiet bl-anġlu u Marija; u spiċċat bl-anġlu, Marija u Ġesù mnissel fil-ġuf tagħha.
    Kull meta aħna niċċelebraw il-Festa tal-Lunzjata, qed niċċelebraw il-festa ta’ Marija li ssir Omm, u għalhekk il-festa ta’ Ġesù li tnissel fi ħdanha. Innutaw: mhijiex il-festa ta’ ftit ċelloli li mbagħad inzertaw żviluppaw f’Ġesù, imma l-festa ta’ Ġesù. Mhijiex il-festa ta’ xi ħaġa ġo Marija li xi darba kellha l-potenzjal li ssir Ġesù, imma ta’ Ġesù li tnissel fi ħdanha. L-anġlu minn bilwieqfa jinżel għarkupptejh  biex iqim din il-ħajja ġdida fil-ġuf ta’ Marija.

    L-għożża tal-ħajja mnaqqxa f’qalbna
    Ngħiduha bil-ferħ: din il-parroċċa ta’ Ħal Balzan għandha tkun kburija li meta qed tiċċelebra l-festa tal-Lunzjata, ta’ din l-Omm speċjali, Marija, li wieġbet għas-sejħa tal-Mulej, fl-istess waqt qed tagħmel l-akbar stqarrija favur il-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha.
    Marija, li aħna nqimu f’dan il-mument speċjali għaliha u għall-umanità kollha, hi Marija li tgħożż il-ħajja u li tipproteġiha mill-ewwel mument tal-eżistenza tagħha. Naraw fiha stampa ta’ dak il-leħen tal-Missier li kellu jinstema’ aktar tard fil-magħmudija ta’ Ġesù: “Dan hu Ibni l-għażiż. Fih sibt il-għaxqa tiegħi”.  Hija l-omm li tgħallimna li meta ngħożżu lill-Mulej u nsibu fih l-għaxqa tagħna bilfors irridu ngħożżu l-ħajja u naħdmu biex inħarsuha bħala don speċjali ta’ Alla.
    Dan il-messaġġ ta’ Marija hu ta’ attwalità kbira fi żminijietna u f’pajjiżna meta għandna bżonn li l-kuxjenza dwar l-għożża tal-ħajja tkun dejjem mhux biss fuq fommna imma mnaqqxa f’qalbna.

    Ninżlu għarkupptejna
    Nixtieq li nagħmlu din it-talba meta llum ninżlu għarkupptejna bl-istess qima li niżel l-anġlu: li l-Mulej jgħinna nagħmlu l-istess għażla ta’ Marija. Ngħożżu l-ħajja mill-ewwel mument tagħha, mit-tnissil, u nqimuha bis-sħiħ. U li nkomplu dejjem niċċelebraw bil-ferħ il-ġrajja tal-Lunzjata li tibda bi tnejn u tispiċċa bi tlieta.

    ✠ Joseph Galea-Curmi
        Isqof Awżiljarju




Salve Reġina






Catholic Daily Mass - Daily TV Mass - March 25, 2022
.













.