blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 04/22/13

Monday, April 22, 2013

Jn 10:1-10 - The Good Shepherd and His Sheep - Il-parabbola tan-nagħaġ....

http://www.youtube.com/watch_popup?v=Ihm4491da9k
MONDAY 4th week of Easter - in Years B & C

10. Il-parabbola tan-nagħaġ
[Ġw:10:1] "Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. [Ġw:10:2] Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ. [Ġw:10:3] Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b'isimhom u joħroġhom barra. [Ġw:10:4] U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu. [Ġw:10:5] Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx." [Ġw:10:6] Din il-parabbola qalilhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x'ried jgħidilhom biha.
Ġesù r-ragħaj it-tajjeb
[Ġw:10:7] Għalhekk Ġesù raġa' qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom li  l-bieb tan-nagħaġ huwa jien. [Ġw:10:8] Dawk kollha li ġew sa issa qabli huma ħallelin u briganti. Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx. [Ġw:10:9] Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa. [Ġw:10:10]  Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred. Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.

Jn 10:11-18 - The Good Shepherd and His Sheep - Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb

THE GOOD SHEPHERD - IR-RAGĦAJ IT-TAJJEB
MONDAY - 4th week of Easter - in Year A
 


[Ġw:10:11] Jiena r-ragħaj  it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. [Ġw:10:12] Il-mikri, li m'huwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m'humiex tiegħu, jara  l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. [Ġw:10:13] Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. [Ġw:10:14] Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, [Ġw:10:15] bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti. [Ġw:10:16] Għandi wkoll nagħaġ oħra, li m'humiex minn dan il-maqjel; lilhom ukoll jeħtieġ li niġbor, u huma jisimgħu leħni, u jkun hemm merħla waħda, ragħaj wieħed. [Ġw:10:17] Għalhekk iħobbni  l-Missier, għax jien nagħti ħajti, biex nerġa' neħodha. [Ġw:10:18] Ħadd ma jeħodhieli, iżda jien nagħtiha minn rajja. Għandi setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa' neħodha; din hi l-ordni li ħadt mingħand Missieri."