blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 10/27/13

Sunday, October 27, 2013

Vanġelu u spjega tat-30 Ħadd ta' matul is-Sena C -The Pharisee and the Tax Collector

 

 
 
 
 
 
 
 
 


 
- SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 3 OF LENT
- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN ORDINARY TIME
--- The tax collector, not the Pharisee, went home justified ---
Evanġelju
Il-pubblikan, u mhux il-fariżew,niżel id-dar iġġustifikat
Lq 18, 9-14
 
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
 
F’dak iż-żmien, [Lq:18:9] kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: [Lq18:10] "Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu.
 
[Lq18:11] Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f'qalbu, 'O Alla, niżżik ħajr li m'iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan. [Lq18:12] Jiena nsum darbtejn fil-ġimgħa u nħallas l-għexur ta' kull ma ndaħħal.'
 
[Lq18:13] Iżda l-pubblikan, bilwieqfa fil-bogħod anqas biss ried jerfa' għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru u jgħid: 'O Alla, ħenn għalija, għax jien midneb!'
 
[Lq18:14] Ngħidilkom jien li dan, u mhux l-ieħor, niżel id-dar iġġustifikat. Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

 
.
 
  
 
 


















.