MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
L-Angelus minn fuq Radju Marija Malta 102.3FM (2016)
.
L-Anġelus
† Fl-Isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu, Ammen.
L-Anġlu ta’ Alla ħabbar lil Marija -- U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.
--- Is-Sliema għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù
--- Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina l-midimbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen
Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej -- Ikun minni skond kelmtek.
--- Sliema u Qaddisa.
U l-Iben ta’ Alla sar Bniedem -- U għammar fostna.
--- Sliema u Qaddisa.
Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla -- Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu
Xerred, nitolbuk, Mulej fi qlubna l-grazzja tiegħek, biex aħna li bit-tħabbira tal-anġlu, għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu għas-sebħ tal-qawmien mill-imwiet, bl-istess Kristu Sidna. Ammen.
--- Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu, kif kien fil-bidu, issa u dejjem u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen. - San Ġużepp ta' qalb safja - Itlob għalina - Għall-erwieħ tal-Purgatorju: Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen † Fl-Isem tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu, Ammen.
Queen of Heaven ---
REGINA COELI - during the EASTER SEASON - Prayed morning, noon and night
in place of the Angelus - REGINA COELI - It-Talba li tinghad fi zmien
l-Għid il-Kbir, minflok it-talba tal-Angelus