blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 01/21/13

Monday, January 21, 2013

IL-KURUNELLA LILL- MADONNA TAD-DULURI - Chaplet to Our Lady of Sorrows (in Maltese)









Il-Kurunella lill-Madonna tad-Duluri

Qalb imnikkta ta’ Marija
F’riġlejk aħna mixħutin
Qalbna niedma u sogħbiena
Għaliex aħna midinbin
                                             Ave.

Omm tal-ħniena kemm duluri
Int ġarrabt m’Ibnek Ġes
Minn twelidu sal-mewt tiegħu,
Għaliex b’Ommu riedek Hu !
                                             Ave.

Omm sabiħa, kollok safja
Int għoġobt ‘l Alla ħanin
Minn ħtijietna nitolbuk
Eħles lilna mnikktin
                                             Ave.

Bi dnubietna aħna regħexna
Lil Ġesù Teżor ta’ Qalbek;
Fis ħbieb miegħu int erġa’ agħmilna
Dana tista’ tagħmlu b’talbek. 
                                            Ave.

Biex jifdina minn dnubietna
Ġesù miet fl-akbar ħruxija,
U għax miegħu int ridt tissieħeb
Bid-Dulur qalbek mimlija.
                                            Ave.

Tad-dnub tagħna aqlgħalna ndiema
Minn kull ħażen int eħlisna,
Għax irridu tul ħajjitna
li d-Demm t’ibnek iqaddisna.
                                            Ave.

Bit-tgħakkis u bl-opri tajba
Nipproponu li nfarrġuk
id-dmugħ tiegħek nixxuttawlek
Biex għal dejjem ġieħ nagħtuk
                                            Ave.
            --------------------------------

                               NITOLBU

O Alla, li fil-Passjoni tiegħek, kif kien ħabbar Xmun
il-Profeta, is-sejf tad-Duluri nifed il-Qalb l-iżjed
ħelwa tal-glorjuża Verġni Marija Ommok; agħmel
nitolbuk, li aħna, li qegħdin inqimu n-niket tagħha,
ikollna sehem mill-frott hieni tal-Passjoni tiegħek.
Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.  Ammen.

                           Patri Feliċ Sammut OFMConv.




.