blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 17th DECEMBER --- Mt 1. 1-17 -- The Genealogy of Jesus the Messiah - L-antenati ta' Ġesù Kristu --- + --- Homily

Friday, December 21, 2012

17th DECEMBER --- Mt 1. 1-17 -- The Genealogy of Jesus the Messiah - L-antenati ta' Ġesù Kristu --- + --- Homily



1. L-antenati ta' Ġesù Kristu
(Lq 3, 23-38)
[Mt:1:1] Ktieb in-nisel ta' Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. [Mt:1:2] Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, [Mt:1:3] Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, [Mt:1:4] Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, [Mt:1:5] Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, [Mt:1:6] Ġesse nissel lil David, is-sultan.
David nissel lil Salamun mill-mara ta'Urija, [Mt:1:7] Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, [Mt:1:8] Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija, [Mt:1:9] Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija, [Mt:1:10] Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon, Amon nissel lil Ġosija, [Mt:1:11] Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kien żmien l-eżilju f'Babilonja.
[Mt:1:12] Wara l-eżilju f'Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel,[Mt:1:13] Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim, Eljakim nissel lil Ażor, [Mt:1:14] Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim, Akim nissel lil Eliħud, [Mt:1:15] Eliħud nissel lil Elgħazar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb, [Mt:1:16] Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta' Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija.
[Mt:1:17] Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sa l-eżilju ta' Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta' Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.

The reading and reflection on the Gospel of Mt 1:1-17