blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 04/20/15

Monday, April 20, 2015

John 6:22-29 -- Jesus the Bread of Life - Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja --- AND I, WHY DO I SEEK JESUS ?...








 
Jn 6:22-29 -- Jesus the Bread of Life - Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja

Ġesù hu l-ħobż tal-ħajja
[Ġw:6:22] L-għada, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela' fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. [Ġw:6:23] Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr. [Ġw:6:24] Iżda n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù.
 [Ġw:6:25] U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: "Rabbi, meta ġejt hawn?" [Ġw:6:26] Ġesù weġibhom: "Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. [Ġw:6:27] Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa' għall-ħajja ta' dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu." [Ġw:6:28] Mbagħad staqsewh: "X'għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta' Alla?" [Ġw:6:29] Weġibhom Ġesù: "L-opra ta' Alla hija din: li intom temmnu f'dak li huwa bagħat."

><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> 


Why Do I Seek Jesus ?  



 





.