MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Saturday, March 29, 2014
Jn 9:1-41 -- Jesus Heals a Man Born Blind - Ġesù jfejjaq raġel agħma minn twelidu - 4th Sunday in Lent YEAR A
9. Ġesù jfejjaq raġel agħma minn twelidu
[Ġw:9:1] Kif kien għaddej, lemaħ raġel agħma minn twelidu, [Ġw:9:2] u d-dixxipli tiegħu staqsewh: "Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?" [Ġw:9:3] Ġesù wieġeb: "Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-għemil ta' Alla jidher fih. [Ġw:9:4] Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu x-xogħol ta' dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista' jaħdem. [Ġw:9:5] Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja." [Ġw:9:6] Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma. [Ġw:9:7] U qallu: "Mur inħasel fil-menqgħa ta' Silwam." Din tfisser 'il-Mibgħut'. Mela dak mar, nħasel u ġie jara. [Ġw:9:8] Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: "Dan m'huwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?" [Ġw:9:9] Xi wħud qalu: "Iva, hu." Oħrajn qalu: "Le, imma jixbhu." Iżda hu qalilhom: "Jiena hu." [Ġw:9:10] Qalulu: "Mela kif infetħulek għajnejk?" [Ġw:9:11] Weġibhom: "Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli, 'Mur fis-Silwam u nħasel hemm.' Mort, nħsilt, u ġejt nara." [Ġw:9:12] Qalulu: "Fejn huwa dan ir-raġel?" Qalilhom: "Ma nafx."
Il-Fariżej jistaqsu dwar il-fejqan
[Ġw:9:13] Lil dan il-bniedem li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand il-Fariżej. [Ġw:9:14] Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn l-agħma inzerta kien is-Sibt. [Ġw:9:15] Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: "Qegħedli ftit tajn fuq għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara." [Ġw:9:16] Xi wħud mill-Fariżej qalu: "Dan il-bniedem m'huwiex ġej mingħand Alla, għax ma jħarisx is-Sibt." Iżda oħrajn qalu: "Kif jista' wieħed midneb jagħmel sinjali bħal dawn?" U ma qablux bejniethom. [Ġw:9:17] U reġgħu qalu lill-agħma: "Int x'jidhirlek minnu, issa li fetaħlek għajnejk?" Qalilhom: "Dak profeta."
[Ġw:9:18] Il-Lhud ma ridux jemmnu li hu kien agħma u ħa d-dawl qabel ma bagħtu għall-ġenituri ta' dak li sar jara, [Ġw:9:19] u staqsewhom: "Dan, li intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? Mela issa kif ġie jara?" [Ġw:9:20] Il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: "Nafu li dan hu t-tifel tagħna u li twieled agħma; [Ġw:9:21] imma kif issa ġie jara, dan ma nafuhx, u anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu, żmien għandu; ħa jitkellem hu għalih innifsu." [Ġw:9:22] Il-ġenituri tiegħu wieġbu hekk għaliex beżgħu mil-Lhud, għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu bejniethom li jekk xi ħadd jistqarr li Ġesù hu l-Messija, isib ruħu barra mis-sinagoga. [Ġw:9:23] Kien għalhekk li l-ġenituri tiegħu wieġbu, 'Żmien għandu, staqsu lilu.'
[Ġw:9:24] Għal darb'oħra reġgħu bagħtu għal dak li kien agħma u qalulu: "Agħti glorja lil Alla! Aħna nafu li dan il-bniedem huwa midneb." [Ġw:9:25] Dak weġibhom: "Jekk hux midneb ma nafx; ħaġa waħda naf: li jien kont agħma u issa qiegħed nara." [Ġw:9:26] Qalulu: "Imma hu x'għamillek? Kif fetaħhomlok għajnejk?" [Ġw:9:27] U hu weġibhom: "Ġa għedtilkom u ma smajtux! Xi tridu tisimgħu iżjed? Jaqaw tridu intom ukoll issiru dixxipli tiegħu?" [Ġw:9:28] U qabdu jgħajjruh u qalulu: "Dak int dixxiplu tiegħu! Aħna ta' Mosè dixxipli! [Ġw:9:29] Aħna nafu li lil Mosè kellmu Alla, imma dan ma nafux minn fejn hu!" [Ġw:9:30] Weġibhom ir-raġel u qalilhom: "Sewwa! Hawn qiegħed l-għaġeb, li intom ma tafux minn fejn inqala', u madankollu lili fetaħli għajnejja! [Ġw:9:31] Aħna nafu li Alla m'hux se jisma' lill-midinbin; iżda mbagħad jekk wieħed ikun iqim lil Alla u jagħmel ir-rieda tiegħu, lil dan jisimgħu. [Ġw:9:32] Qatt fid-dinja ma nstema' li xi ħadd fetaħ għajnejn wieħed agħma mit-twelid. [Ġw:9:33] Li kieku dan ma kienx ġej mingħand Alla, xejn ma kien ikollu ħila jagħmel." [Ġw:9:34] Mbagħad qabżu u qalulu: "Int se tgħallem lilna, int li twelidt dnubiet waħdek?" U keċċewh 'il barra.
L-għama spiritwali
[Ġw:9:35] Ġesù sama' li keċċewh 'il barra; sabu u qallu: "Temmen inti f'Bin il-bniedem?" [Ġw:9:36] Dak wieġeb u qallu: "Min hu, Mulej, biex nemmen fih?" [Ġw:9:37] Qallu Ġesù: "Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek." [Ġw:9:38] Qallu: "Nemmen, Mulej!" U nxteħet għarkubbtejh quddiemu. [Ġw:9:39] Mbagħad Ġesù qal: "Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min jara jagħma."
[Ġw:9:40] Xi wħud mill-Fariżej li kienu hemm madwaru semgħuh jgħid dan u staqsewh: "Aħna wkoll għomja?" [Ġw:9:41] Weġibhom Ġesù: "Li kieku kontu għomja, ma kontux tkunu ħatja ta' dnub. Imma issa qegħdin tgħidu, 'Aħna naraw.' Mela d-dnub tagħkom għadu fuqkom."
.
Friday, March 28, 2014
Thursday, March 27, 2014
Wednesday, March 26, 2014
FRIDAY, Solemnity of The Most Sacred Heart of Jesus - IL-ĠIMGĦA, Solennità tal-Qalb Qaddisa ta' Ġesù --- & --- OCTOBER 16 - St. Margaret Mary Alacoque, Virgin 1647-1690
ALLA JĦOBBNA B'QALB PERFETTA, UMANA - BĦAL MA HU STESS FIL-BIDU SAWWAR IL-BNIEDEM FIL-QDUSIJA - qabel ma l-bniedem waqa' fid-dnub oriġinali fil-ġnien ta' Eden.
L-imħabba ta' Alla hi bla kundizzjoni: Hu ċċekken tant , li ried isir bniedem bħalna. Trabba u għex fil-faqar u fil-persekuzzjoni. Tfulitu għaddiha refuġjat jivvjaġġa mal-familja. Jaf kemm hi diffiċli ħajjitna, jaf kif aħna bbumbardjati bil-ħażen, bl-ipokresija, bil-mibgħeda, bil-vjolenza, bil-korruzzjoni, bil-kilba għall-poter, bil-vendetta, bil-pika, bil-kriminalità ... imma HU qatt ma rribatta l-ħażen b'ħażen ... anzi ġab fix-xejn kull negattività bl-imħabba, bil-ħniena u bil-maħra ...
Minkejja l-oppozizzjoni, l-għira u l-ħruxija kollha li wasslitu għall-mewt naturali, imdendel, imsammar fuq salib, HU WERA S-SETGĦA TIEGĦU BIL-MIRAKLI, BL-GĦEĠUBIJIET U ANKE BIL-QALB UMANA TIEGĦU: Mexa' fuq il-baħar; ikkalma l-baħar u r-riefnu; TĦASSAR u tema' l-eluf minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet; FEJJAQ il-morda minn mard fiżiku, emozjonali, psikoloġiku; ĦELES lil vittmi mill-possessjoni tax-xitan; ĦENN, GĦALLEM, ĦAFER lill-midimbin ta' rieda tajba; QAJJEM lill-mejtin. Minkejja din il-QAWWA DIVINA, Ġesù refa' fuqu il-mard tagħna u d-dnubiet tagħna biex obda r-rieda tal-Missier.
Ġesù baxxa rasu u MINN RAJH aċċetta li jbati u jmut b'tant kefrija, biex isalvana mill-ħakma tax-xitan: Ix-xitan jobgħodna għax QATT ma aċċetta li ALLA JIEĦU SURA TA' BNIEDEM ... FRAĠLI, biex MIEGĦU ninħelsu minn kull illuzjoni ta' 'veritajiet' li toffrilna d-dinja.
Ix-xitan ma jaħmilniex inkunu kuntenti B'FERĦ INNOĊENTI ... imma jibqa' jittantana biex AĦNA nwaqqgħu persuntna għar-redikulazzjoni u ħsara, għall-mard, għall-abbuż, għall-inkwiet u spejjes.
Ix-xitan jimlina b'rabja insolenti; jagħmina li ħa nibqu b'saħħitna u żgħażagħ; insiru skjavi għal ħażen, bla kuxjenza, bla rażan, bla kontroll; jibqa' jneffaħna bis-suppervja u jġgħelna naraw biss SAL-PONTA TA' IMNEĦIRNA u wara ... jsabbatna f'sensina għall-ħsara li għamilna lilna nfusna u lil ħaddieħor.
Jogħxa jarana imħawwdin, imwarrbin, bla xogħol dinjituż. Inessina d-DONI li l-ISPIRTU QADDIS TA' ALLA żejjen lil kull bniedem biex jgħix ħajja kuntent, mingħajr regħba ... u x-xitan jakkużana u jgħajjarna f'liema ĦAMA għeriqna - li hu STESS qarraqna fih ... u jitlaqna nibku, nitħassru lilna nfusna, iddisprati WEĦIDNA ...
IMMA ALLA QATT MA JĦALLINA WEĦIDNA: DEJJEM LEST kif ngħajtulu għall-għajnuna: MA JIDDEJJAQX JINŻEL FIL-ħama u t-tajn ta’ l-għelt tagħna BIEX JERFANA MILL-MIŻERJA TAGĦNA u B'IMĦABBTU DEJJIEMA, NERĠGĦU NIKSBU D-DINJITÀ LI JIXTIEQ LIL KULL PERSUNA. Ma Alla biss jerġa jkollna l-ORDNI f'ħajjitna; ma Alla biss nerġgħu niskopru lilna nfusna, kemm HU tana rigali u kapaċitajiet li qatt ma konna għamilna użu TAJJEB minnhom - saħħitna, it-talenti, is-sens komun li nindunaw bit-tajjeb u naħarbu l-ħażin.
ALLA HUWA L-VERITÀ: Hu qatt ma qalilna li miegħu mhux se jkollna mard, inkwiet, persekuzzjoni. Iżda JAĊĊERTANA meta jistedinna [Mt:11:28] "Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. [Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta' qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. [Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif."
HU DEJJEM B'DIRAJH MIFTUĦA JILQANA NAQSMU ĦAJJITNA MIEGĦU, SEW FIL-FERH VERU U SEW FIN-NIKET, FID-DIFFIKULTAJIET U L-PROBLEMI TAL-ĦAJJA.
ĠESÙ REBBIEĦ FUQ IL-MEWT: Alla sa għamel tliet ijiem fil-qabar imma qam mill-mewt u deher lil Appostli u d-dixxipli. Baqa' jgħallimhom U jiekol magħhom IRXUXTAT ! Wara erbajn jum tela' s-sema u għaxart ijiem wara niżel l-Ispirtu Qaddis fuqhom kif kien wegħdhom. U huma mtleww bil-qawwa, bil-kuraġġ, bil-għerf tas-sema u b'rieda dejjiema għax Ġesù Iben Alla wiegħed li jibqa' mal-Knisja tiegħu sa l-aħħar taż-żminijiet.
GĦALHEKK JERĠA' JIBQA' JIĊĊEKKEN BIEX IKUN MILĦUQ MINN MIN IRID JITWIELED MILL-ĠDID:
HU JKUN FL-EWKARIJSTIJA, bil-Ġisem, bid-Demm, bir-Ruħ u bid-Divinità tat-Trinità Qaddisa ! ... għax miegħu BISS ikollna l-paċi f'qalbna, kalmi, irrassenjati u IVA ferħana minkejja l-uġigħ, id-diżappunti, il-fallimenti, it-traġedji, il-mard u l-umiljazzjonijiet ... B'ħarsitna LEJH, magħqudin mal-KELMA tiegħu, aħna nibqgħu kalmi u sodi fil-Fidi, fit-Tama' u fl-Imħabba sinċiera magħna nfusna u ma ta' madwarna.
==========================
Is-satanisti stess jemmnu fil-PREZENZA REALI ta' ĠESÙ ALLA fl-EWKARISTIJA - għalhekk jippruvaw jisirquha u jipprofanawha ... IMMA ĠESÙ jibqa' jittama' u JITLOB li dawn il-vittmi ta' 'tagħlim' qarrieqi, isiru konxji ta' għemilhom, tal-ħsara li jġibu f'ħajjithom, fil-familji tagħhom u fis-soċjetà. ĠESÙ JIBQA' jistennihom biex jgħinhom jibdlu ħajjithom u jmorru jqerru ħa jsibu s-serħan f'moħħhom u f'qalbhom. QALB NIEDMA U SOBIENA MA JWARRABIEX ALLA
GRAZZI SINJUR ALLA. AĦFRILNA SINJUR ALLA
O Ġesù hija l-Qalb minfuda tiegħek li qed tiġbidna lejk. Fuq is-salib tajtna lilek innifsek, u fil-ħniena tiegħek sejjaħtilna nkunu membri tal-Knisja tiegħek permezz tal-Magħmudija. Għal din l-imħabba tiegħek nirringrazzjawk u nfaħħruk għal dejjem.
O Qalb Qaddisa ta’ Ġesù, aħna nintelqu f’idejk. Kun Int il-kenn tagħna fl-inkwiet, il-fejqan tagħna fil-mard, il-faraġ tagħna fin-niket. Jiġri x’jiġri f’ħajjitna, nwiegħduk li nagħmlu minn kollox biex ngħixu skont il-valuri li Int għallimtna bil-Kelma u bl-eżempju tiegħek.
Nitolbu, Mulej li taħfrilna meta noffenduk bi dnubietna u bl-ingratitudni tagħna. Irridu li qatt aktar ma niddiżappuntawk. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek f’qalbna u ħeġġiġna bin-nar ta’ mħabbtek. Agħmel li r-Rieda Qaddisa ta’ Missierek tkun tagħna wkoll.
Inti tant tħobbna li tkompli toffri lilek innifsek lill-Missier fl-Ewkaristija għall-ħelsien tad-dinja. Ilqa’ nitolbuk, l-offerta fqajra ta’ ħajjitna, il-ħidma, l-ferħ u n-niket tagħna, u għaqqadha mas-Sagrifiċċju tal-Quddiesa.
Agħtina l-grazzja, O Ġesù, li minn issa ‘l quddiem naħsbu u nħossu bħalek, inħobbu u naħdmu bħalek. Qawwi qlubna biex aħna nagħtu s-sehem tagħna ħalli s-Saltna tiegħek ta’ mħabba, ta’ ġustizzja u ta’ paċi, tkompli tinfirex mad-dinja kollha.
Nitolbuk Ġesù li tfawwar il-Knisja tiegħek bis-sentimenti ta’ Qalbek, biex tkun dejjem iżjed sagrament ta’ mħabba bejn Alla u l-bniedem, u ħolqa ta’ għaqda bejn il-bnedmin kollha. Kemm nixtiequ, Mulej, li qalbna tkun tixbah lil Qalbek. AMMEN
IT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM - SOLENNITÀ
IL MIRACOLO DI LANCIANO: IL SACRO CUORE SI RIVELA di Alessandro Franchi
From EWTN - LITANY OF THE SACRED HEART OF JESUS
https://www.ewtn.com/Devotionals/Litanies/sacred_heart.htm
Litanija lill-Qalb Qaddisa ta' Ġesù
Mulej, ħniena,
Kristu, ħniena,
Mulej, ħniena,
Kristu, ismagħna,
Kristu, ilqa' t-talb tagħna,
Missier Etern, Alla,…..................................Ħenn għalina
Iben Alla, li fdejt id-dinja,
Spirtu s-Santu, Alla,
Trinita' Qaddisa, Alla wieħed,
Qalb ta' Ġesù, Bin il-Missier Etern Alla,
Qalb ta' Ġesù, imsawra fil-ġuf ta' Omm Verġni bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu,
Qalb ta' Ġesù. magħquda ħaga waħda ma' l-Iben t'Alla,
Qalb ta' Ġesù, ta' kobor bla qies,
Qalb ta' Ġesù, tempju qaddis ta' Alla,
Qalb ta' Ġesù, tabernaklu ta' l-Aktar Għoli,
Qalb ta' Ġesù, dar t'Alla u bieb tas-sema,
Qalb ta' Ġesù, ħuġġieġa taqbad ta' mħabba,
Qalb ta' Ġesù, ġabra tal-ħaqq u ta' l-imħabba,
Qalb ta' Ġesù, mimlija bit-tjieba u bl-imħabba,
Qalb ta' Ġesù, fejn jinsabu l-virtujiet kollha,
Qalb ta' Ġesù, li jixirqilha kull foħrija,
Qalb ta' Ġesù, sultana u għaxqa tal-qlub kollha,
Qalb ta' Ġesù, fejn jinsabu t-teżori kollha tas-sapjenza u tal-għerf,
Qalb ta' Ġesù, fejn tgħammar il-milja kollha tad-Divinita,
Qalb ta' Ġesù, fejn il-Missier Etern isib il-għaxqa tiegħu,
Qalb ta' Ġesù, li mill-milja tagħha aħna ikoll ħadna,
Qalb ta' Ġesù, xewqa tal-ħolqien minn dejjem,
Qalb ta' Ġesù, mogħnija bis-sabar u bl-akbar ħniena,
Qalb ta' Ġesù, għanja ma' kull min isejjaħlek,
Qalb ta' Ġesù, għajn tal-ħajja u tal-qdusija,
Qalb ta' Ġesù, tpattija għal dnubietna,
Qalb ta' Ġesù, mimlija biż-żebliħ,
Qalb ta' Ġesù, minfuda bil-lanza,
Qalb ta' Ġesù, għajn ta' kull faraġ,
Qalb ta' Ġesù, ħajja u qawmien tagħna mill-mewt,
Qalb ta' Ġesù, paċi u maħfra tagħna,
Qalb ta' Ġesù, vittma għall-midinbin,
Qalb ta' Ġesù, saħħa ta' kull min jittama’ fik,
Qalb ta' Ġesù, tama ta' kull min imut fi ħdanek,
Qalb ta' Ġesù, għaxqa tal-qaddisin kollha,
Ħaruf t'Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ...Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t'Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ...Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t'Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ...Ħenn għalina.
V. Ġesù ta' Qalb ħelwa u umli.
R. Agħmel li qalbna tixbaħ lil Qalbek.
Nitolbu. O Alla ta' dejjem li tista' kollox, ħares lejn il-Qalb tal-maħbub Iben tiegħek u lejn it-tifħir u t-tpattija li jagħtik f'isem il-midinbin, u lilhom, waqt li jitolbu l-ħniena tiegħek, agħtihom il-maħfra fl-Isem ta' l-istess Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan għal dejjem ta' dejjem. Ammen.
This Sacrament of Love
Act of Reparation to Jesus
GOSPEL --- SOLEMNITY OF THE MOST SACRED HEART OF JESUS
YEAR A --- Mt 11:25-30 -- I am gentle and humble in heart - Jiena ta’ qalb ħelwa u umli.
YEAR B --- Most Sacred Heart of Jesus - Jn 19:31-37 - Il-Qalb Qaddisa ta' Ġesù
YEAR C - Most Sacred Heart of Jesus - Lk 15:3-7 -...the Lost Sheep - ...in-nagħġa l-mitlufa
Love of the Sacred Heart
OCTOBER 16 - MEMORIAL OF SAINT MARGERIT
MARY ALACOQUE, VIRGIN 1647-1690
A self-effacing nun in the Visitation Convent at Paray-le-Monial, France, was inspired by the Lord Jesus to establish the devotion of the Holy Hour. Her name was St. Margaret Mary Alacoque, and from the age of seven, when she received her first Holy Communion, she had always manifested an intense love of the Most Blessed Sacrament. Our Lord appeared to her often, usually as the Crucified Christ. Her simplicity caused her to feel that these apparitions were also granted to others who had recourse to Jesus in the sacrament of His love. Once the Master appeared to the young girl as she was returning from a dance and reproached her for not espousing Him. When twenty-four years of age, Margaret entered the cloister, choosing the most menial tasks. Gifted with intelligence and common sense, she made great progress in holiness. Our Lord entrusted to her the mission of establishing the reign of the Sacred Heart among the children of men. Criticism did not hamper her zeal, and her charity toward her opponents won them over to the cause of the Master. In the first revelation of the Sacred Heart to the nun, Our Lord made known His burning desire to be loved by all men, and His design of manifesting to them His Sacred Heart with its treasures of mercy. Margaret Mary communicated Our Lord's wish that the faithful receive Holy Communion on the first Friday of each month and observe the Feast of the Sacred Heart on the Friday after the octave of Corpus Christi. After nineteen years in the convent, St. Margaret Mary died October 17, 1690. Many pilgrims to her tomb have sought and obtained favors. Through her apostolate of devotion to the Sacred Heart many sinners have repented and found grace with God.
.
.