blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: NOVENA LILL-ISPIRTU S-SANTU --- minn Fr Hayden Williams OFM Cap

Friday, May 15, 2015

NOVENA LILL-ISPIRTU S-SANTU --- minn Fr Hayden Williams OFM Cap


 
 
Talba lill-Ispirtu S-Santu biex nitolbu kuljum waqt in-Novena.


LILL-KUMPANN INSEPARABBLI TIEGĦI
Spirtu s-Santu Alla,
il-kumpann inseparabbli tiegħi,
illum nagħtik ħajti, imħabbti,
il-qima u l-libertà kollha tiegħi.

Nar, Imħabba msawba f’qalbi,
aħtafni u kkonsmani bik innifsek.
Tħalli xejn minni nnifsi, fija nnifsi.
Kun inti l-mewt totali tiegħi nnifsi.

Riħ inkontrollabbli,
Agħmilni doċli u ħafif fik u għalik.
Għinni nintelaq fik bħall-werqa li tittajjar fejn teħodha.
M’hemmx għalfejn turini fejn...
Ħudni fejn trid...
Agħmel bija li trid...

Spirtu li tgħammar fija,
agħmel li l-frott tiegħek jidher fija
għax il-ħajja tiegħi tkun int
u jiena mmut għalija nnifsi.

Qawwa ta’ Alla,
użani kif trid Int bid-dilka tiegħek.
Uri l-qawwa tal-imħabba tiegħek fija
bil-wiri tal-kariżmi kollha tiegħek
biex inkun xhud ta’ Ġesu flimkien miegħek
bl-eżempju, bil-Kelma u bis-sinjali.

Marija, għarusa tal-Ispirtu s-Santu,
proteġini mill-inganni tax-xitan.
Kun miegħi u għinni biex
ma nieqaf qatt,
ma nxekkel qatt,
u ma nnikket qatt
lill-kumpann inseparabbli tiegħi.
Ammen! Alleluia!
                                                                                                        
                                                                                               Fr Hayden 
10 ta' Settembru 2014





 
Novena lill-Ispirtu s-Santu - 1 - Fr Hayden  





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 2 - Fr Hayden  





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 3 - Fr Hayden  





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 4 - Fr Hayden  





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 5 - Fr Hayden
 




Novena lill-Ispirtu s-Santu - 6 - Fr Hayden 





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 7 - Fr Hayden  





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 8 - Fr Hayden  





Novena lill-Ispirtu s-Santu - 9 - Fr Hayden  








.

No comments: