blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 12/03/08

Wednesday, December 03, 2008

LILEK, O ALLA, INFAHHRU - TE DEUM, LAUDAMUS

 
 
 
 
 
 
 
 
 

 
 
Te Deum, also sometimes called the Ambrosian Hymn because if its association with St. Ambrose, is a traditional hymn of joy and thanksgiving. First attributed to Sts. Ambrose, Augustine, or Hilary, it is now accredited to Nicetas, Bishop of Remesiana (4th century). It is used at the conclusion of the Office of the Readings for the Liturgy of the Hours on Sundays outside Lent, daily during the Octaves of Christmas and Easter, and on Solemnities and Feast Days. The petitions at the end were added at a later time and are optional. A partial indulgence is granted to the faithful who recite it in thanksgiving and a plenary indulgence is granted if the hymn is recited publicly on the last day of the year.
 


 
 
Lilek, O Alla, infaħħru: * lilek b’Mulej nistqarru
Lilek, Missier ta’ dejjem, * id-dinja kollha tqimek.
Lilek l-anġli kollha, *
       lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom,
lilek il-kerubini u s-serafini *
       ixandruk bla heda:
Qaddis, * Qaddis, * Qaddis *
       il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija *
       bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar *
       il-ġemgħa glorjuża ta’ l-Appostli.
Lilek ifaħħar * 
       l-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru *
       il-qtajja’ tal-Martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha * il-Knisja Mqaddsa tistqarr fik:
il-Missier * ta’ kobor bla qies
l-Iben tiegħek miqjum,* veru u waħdieni
u l-Ispirtu s-Santu, * id-Difensur.

Kristu, * inti s-Sultan glorjuż.
Inti minn dejjem * Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, *
      ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt, *
      u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, *
      fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu *
      li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek, *
      li int fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek *
     fil-glorja ta’ dejjem.

Salva lill-poplu tiegħek Mulej, *
bierek il-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, *
     erfagħhom għal dejjem.
Minn jum għal ieħor * aħna nberkuk
u nfaħħru ismek għal dejjem, *
     u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum, *
     inħarsu ruħna minn kull dnub.

Ħenn għalina Mulej, * ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna Mulej it-tjieba tiegħek, *
     kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: *
ma jkolli qatt għax ninfixel.



 

 
https://www.ewtn.com/Devotionals/prayers/Te_Deum.htm



.