blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: What it is and how to pray it --- LITURGY OF THE HOURS - LITURĠIJA TAS-SIGĦAT - TEACHING THE MASS - THE CATHOLIC LITURGICAL CALENDAR

Friday, April 01, 2011

What it is and how to pray it --- LITURGY OF THE HOURS - LITURĠIJA TAS-SIGĦAT - TEACHING THE MASS - THE CATHOLIC LITURGICAL CALENDAR

 
THE LITURGICAL YEAR OF THE ROMAN CATHOLIC CHURCH
 
--- It ends in NOVEMBER on Sunday - the Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of the Universe.
--- It starts on the next Sunday, the first SUNDAY of ADVENT...
 
 
 
CYCLE OF READINGS DURING THE LITURGICAL YEAR
 
 
 
 
----------------------------------------------------------------------------------
 
 
 2016-2017- Catholic Liturgical Year Calendar - YEAR OF GRACE
Sunday Cycle A   ---   Weekday Cycle 1
 



 
------------------------------------------------------------------------------ 
 
 

Is-Sena Liturġika
Is-sena tal-Knisja nsejħulha “is-Sena Liturġika”. Bħalma l-kalendarju fih erba’ staġuni, tnax-il xahar u tnejn u ħamsin ġimgħa u jinkludu festi nazzjonali u festi pubbliċi, il-Kalendarju tal-Knisja fih ukoll il-mod tiegħu kif iqassam is-sena. Għandu ż-żminijiet liturġiċi tiegħu: l-Avvent, il-Milied, ir-Randan, it-Tridu tal-Għid il-Kbir, żmien l-Għid u ż-żmien ta’ matul is-sena.
Is-sena Liturġika tibda fl-ewwel Ħadd tal-Avvent. Dan jibda erbat iħdud qabel il-25 ta’ Diċembru, il-jum li fih niċċelebraw il-Milied. L-aħħar jum tas-sena tal-Knisja hija l-festa ta’ Kristu Sultan.
L-għan tas-sena Liturġika mhix biex inkejlu l-ġranet u s-snin, imma biex niċċelebraw u nifhmu aktar il-misteru ta’ Ġesù Kristu, mill-Inkarnazzjoni tiegħu sat-Tlugħ fis-Sema, imbagħad Għid il-Ħamsin u l-istennija għall-miġja tal-Mulej fil-glorja.  L-azzjonijiet il-kbar li jsiru kuljum fil-Liturġija huma il-quddies u l-Liturġija tas-Sigħat.  Fihom aħna naħsbu u nimmeditaw il-Misteru tal-Għid minn aspetti differenti. Dan isir billi, għal-Liturġija tagħha, il-Knisja tagħżel siltiet mill-Kotba Mqaddsa biex jinqraw waqt il-quddiesa kif ukoll siltiet oħra mill-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja jew qari ieħor spiritwali biex flimkien ma’ siltiet mill-Kotba Mqaddsa jinqraw waqt it-talb tal-Uffiċju Divin.
 
Il-Liturġija tas-Sigħat

L-Uffiċċju Divin, jew il-Brevjar, hu talb u qari li l-Knisja trid li l-insara jitolbu kuljum. Is-saċerdoti, id-djakni u r-reliġjużi kollha għandhom obbligu li jgħidu dan it-talb kuljum. Dan huwa magħruf ukoll bħala l-Liturġija tas-Sigħat għax huwa mqassam biex jintalab f’ħinijiet differenti tal-ġurnata.
It-talbiet prinċipali tal-Liturġija tas-Sigħat huma dawk li jsiru filgħodu u fil-għaxija.  Ta’ filgħodu magħruf bħala it-Tifħir ta’ sbiħ il-jum propju għax biha n-nisrani jagħti bidu għall-ġurnata tiegħu.  It-talb ta’ filgħaxija, li huwa magħruf bħala l-Għasar jintalab ma’ nżul ix-xemx, meta l-jum ikun qed jintemm.  Minbarra dawn it-talbiet prinċipali hemm talbiet oħra li huma iqsar li jintalbu f’ħinijiet differenti tal-jum.  Hemm ukoll dak li huma magħruf bhala l-Uffiċcju tal-qari b’siltiet mill-Kotba Mqaddsa u l-aħjar siltiet minn awturi spiritwali.  L-aħħar talb ta’ qabel l-irqad huwa it-Talb ta’ għeluq il-jum magħruf ukoll bħala l-Kompieta.  Fit-talbiet kollha hemm Salmi u Kantiċi ta’ tifħir lill-Alla.
Il-Quddiesa
Fil-quddiesa ikun hemm żewġ qari fil-ġranet ta’ kuljum u tliet qari fil-ħdud u l-festi.
B’dan il-mod il-Knisja tistedinna naħsbu fuq il-ġrajjiet importanti fl-istorja tas-Salvazzjoni tagħna, tistabilixxi l-ġranet speċjali meta niċċelebraw dawn il-ġrajjiet u turina l-imporatnza tagħhom fil-kuntest tal-Misteru tal-Għid. Hekk l-aktar ġrajjiet importanti bħal l-Għid u l-Milied inssejħilhom “Solenità”.
Dawk ta’ anqas importanza insejħulhom “Festi”. F’xi ġranet oħra tista’ ssir “Tifkira” li kultant tkun ukoll “Obligatorja”. B’dawn hija tfakkar qaddisin li b’ħajjithom taw xhieda kbira tal-fidi. Meta ma jkunx hemm xi Solenità, Festa jew Tifkira, allura nsejħulha “Ferja”.  Iżda ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi kollha tal-Knisja, anke dawk li fihom infakkru l-Madonna jew qaddisin huma ċċentrati fuq Kristu u l-Misteru tiegħu tal-Għid.
Il-qari tal-Ħdud hu mqassam fuq tliet snin, imsejħin Sena A, Sena B u Sena Ċ. Matul is-Sena A naqraw il-Vanġelu skont San Mattew, fis-Sena B naqraw minn San Mark u fis-Sena Ċ naqraw minn San Luqa. San Ġwann jinqara fi żmien l-Għid. Biex tkun taf f’liema sena qegħdin, għodd in-numri (digits) tas-sena, iddividi bi 3 u ara x’jifdal (remainder) Jekk jifdal 1 mela tkun Sena A, jekk jifdal 2 tkun Sena B, jekk jidħol eżatt tkun Sena Ċ. Attent, mhux kemm-il darba jidħol imma kemm baqa’ remainder.
Eżempju għas-sena 2013: 2+0+1+3 = 6.  Iddividi 6 bi 3 u jidħol eżatt bla remainder.  Allura sena Ċ. 

Eżempju ieħor għas-sena 2014:  2+0+1+4 = 7.  Iddividi 7 bi 3.  Fadal remainder ta’ 1.  Mela Sena A.

Eżempju ieħor għas-sena 2015: 2+0+1+5 = 8.  Iddividi 8 bi 3.  Fadal remainder ta’ 2. Mela Sena B. 
Matul il-ġimgħa naqraw siltiet oħra mill-Kotba Mqaddsa. Dawn imqassmin fuq sentejn Sena I u Sena II. Fuq medda ta’ sentejn jinqraw l-partijiet importanti kollha tal-Kotba Mqaddsa. Biex tkun taf liema qari qegħdin naqraw, ara is-sena (eg 2013). Jekk hi bil-fard, mela Sena I, jekk hi biż-żewġ, mela Sena II.
Kuluri wżati fil-Quddies
Fiċ-ċelebrazzjonijiet tagħha, il-Knisja tuża kuluri għall-ilbies tas-saċerdoti. Fl-Avvent u r-Randan tuża l-vjola. Fil-Għid, il-Milied u l-festi tuża l-abjad, minbarra fil-festi tal-Martri, f’Għid il-Ħamsin (Pentekoste), Ħadd il-Palm, u l-Ġimgħa l-Kbira li fihom tuża l-aħmar. F’jiem oħra matul is-sena tuża l-aħdar.
 
Żminijiet differenti fis-Sena Liturġika

 
L-Avvent hu żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. Fih erba’ ġimgħat. Fil-qari tal-Liturġija, il-Knisja tistedinna naħsbu fuq it-tieni miġja ta’ Kristu fl-aħħar tad-dinja. Hu biss fl-aħħar Ħadd li l-Knisja tibda tkellimna fuq il-ġrajjiet tal-Milied.
Il-Milied hu ż-żmien li fih niftakru fuq l-Inkarnazzjoni, it-twelid u t-tfulija ta’ Ġesù. Dan jintkuli l-festa ta’ Marija Omm Alla fl-ewwel tas-sena, l-Epifanija, u s-Sagra Familja.
L-Ewwel Parti taż-Żmien ta’ matul is-Sena: Dawn huma bejn tmiem żmien il-Milied u l-bidu tar-Randan. Jibda bil-festa tal-Magħmudija ta’ Kristu.
Ir-Randan hu żmien ta’ preparazzjoni għall-akbar festa tal-Knisja li hu l-Għid il-Kbir. Fih 40 jum u 6 iħdud. Matul ir-Randan, naqraw l-aktar ġrajjiet importanti fl-Istorja tas-Salvazzjoni, ibda mill-ħolqien. Jibda  b’Ras ir-Randan u jispiċċa f’Sibt il-Għid.
L-Għid il-Kbir jiġi fl-ewwel Ħadd wara l-ewwel qamar kwinta tar-rebbiegħa (wara l-21 ta’ Marzu). Dan jista’ jiġi bejn it-22 ta’ Marzu u l-25 ta’ April. Din il-festa hija importanti ħafna u ndumu niċċelebrawha 7 ġimgħat, li jissejħu l-Ħdud tal-Għid. 50 jum wara l-Għid niċċelebraw Għid il-Ħamsin magħruf ukoll bħala Pentekoste.
Wara nerġgħu nkomplu bil-Ħdud ta’ Matul is-Sena. B’kollox hemm 34, u jintuża l-aħdar. L-aħħar Ħadd tkun il-festa ta’ Kristu Sultan.
 
 

 
><>            ><>            ><>
 
 
The Liturgical Calendar for the Dioceses of  the United States of America
From November 29, 2015 to November 20, 2016
 
 
 
 
In ORDINARY TIME there are 34 weeks in the Liturgical Year of the Roman Catholic Church.
 
THE LITURGY OF THE HOURS is divided into FOUR WEEKS CYCLE. To know which week you should read, you divide by 4: Example if we are in Monday of the 33rd week in Ordinary Time, the result will be 8 remainder 1 - so we read Monday of the first week. When there is no remainder, read the day's prayers in week 4.
 
 
 
THE BREVIARY - The Liturgy of the Hours 

 

 

>>>   >>>   >>>

 

The Liturgy of the Hours: What it is and how to pray it


 
 
 
 
 
 
 
 
Liturgical Year, Cycles, Seasons, Colours
 


TEACHING THE MASS (with narration)
https://www.youtube.com/watch?v=H5nzAxPY0Wo

 


In English - 

http://divineoffice.org/general-instructions/
Divine Office
http://divineoffice.org/



http://www.usccb.org/prayer-and-worship/liturgy-of-the-hours/index.cfm


Universalis  ...
http://www.universalis.com/calendar.htm


>>>   >>>   >>>



IL-BREVJAR - Il-Liturġija tas-Sigħat għal kuljum
- http://www.laikos.org/librerija_sorsi_liturgija_sighat.htm

L
A
I
K
0
S
Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta
Home   
Liturġija tas-Sigħat - Testi bil-Malti jew bl-Ingliż, kif ukoll f'format awdjo-viżiv.
  Novembru 15, 2015
Ordinarju Liturġija tas-Sigħat. (Lawdi, Għasar u Kompieta)
- Lawdi (talb ta’ filgħodu). ... ikklikkja ...>
 
- Għasar (talb ta’ filgħaxija). ... ikklikkja ...>
 
- Kompieta (talb ta’ tmiem il-jum). ... ikklikkja ...>



Universalis.  ... (Test propju skont il-Kalendarju Liturġiku għall-Malta)
 
 
also

- http://www.laikos.org/LS/LS_2014-2015.php



a) FIS-SOLENNITAJIET: Dejjem jingħadu l-ewwel u t-tieni għasar

Kollox jittieħed mill-Propju jew mill-Komun.
Is-Salmi tat-Tifħir ta’ Sbieh il-jum ikunu dejjem tal-Ħadd ta' l-ewwel ġimgħa


b) IL-FESTI: Ma għandhomx l-ewwel għasar. Mill-bqija, kollox jingħad bħal fis-Solennitajiet.

IL-FESTI TAL-MULEJ, jekk jaħbtu l-Ħadd, ikollhom ukoll l-ewwel għasar.


c) Meta t-Tifhir ta’ Sbieħ il-Jum jew il-Għasar isiru fil-Quddiesa, l-innu jingħad jew tas-Siegħa li tkun tmiss, jew jittieħed mill-ktieb tal-kant.

Is-Salmi tal-Liturġija tas-Siegħat jingħadu fil-bidu tal-Quddiesa, waqt li titħalla barra l-Lezzjoni Qasira tal-Liturġija tas-Siegħat, bir-responsorju tagħha.


d) FIL-ĠRANET FERJALI: Il-Preċi (interċessjonijiet) jistgħu jingħadu minnflok it-Talba tal-Fidili.

Wara t-Tqarbin, għat-Tifħir tas-Sbieħ il-Jum jingħad il-Benedictus, bl-antifona; waqt li għall-Għasar tingħad il-Magnificat, bl-antifona tagħha.

TAGĦRIF MEĦUD MILL-KTIEB - IT-TALBA TAN-NISRANI

Schembri, Manwel OCD – Mercieca, Dionisju OCD - IT-TALBA TAN-NISRANI - The Liturgy of the Hours in the Maltese language, including the Morning and Evening Prayer, and the Night Prayer of the Church.
http://www.ocdmonline.org/wp-content/uploads/2012/11/CATALOGUE-PKT-2013.pdf





><>        ><>        ><>





GENERAL INSTRUCTION OF THE LITURGY OF THE HOURS
Congregation for Divine Worship

116. Proper antiphons are given for each of the psalms of morning prayer and evening prayer during the Easter triduum, on the days within the octaves of Easter and Christmas, on the Sundays of the seasons of Advent, Christmas, Lent, and Easter, on the weekdays of Holy Week and the Easter season, and from the 17th to the 24th of December.

====================



147. During Advent, following an ancient tradition, passages are read from Isaiah in a semicontinuous sequence, alternating in a two-year cycle. In addition, the Book of Ruth and certain prophecies from Micah are read. Since there are special readings from 17 to 24 December (both dates included), readings for the Third Week of Advent which fall on these dates are omitted.
 
 
 
 
 
 
.