blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mill-Liturġija tas-Sigħat - mit-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum - f'jum ta' festa -- Kantiku - Danjel 3:57-88.56) --- Canticle - Daniel 3:57-88.56) Let all creatures praise the Lord - from Divine Office - Morning Prayer

Thursday, April 09, 2015

Mill-Liturġija tas-Sigħat - mit-Tifħir ta' Sbieħ il-Jum - f'jum ta' festa -- Kantiku - Danjel 3:57-88.56) --- Canticle - Daniel 3:57-88.56) Let all creatures praise the Lord - from Divine Office - Morning Prayer

 







 
 
Bierku, għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet, il-Mulej.

Bierku, ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha, il-Mulej.

Bierku, xemx u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema, il-Mulej.

Bierku, xita u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha, il-Mulej.

Bierku, nar u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ, il-Mulej.

Bierku, nida u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard, il-Mulej.

Bierku, ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku, iljieli u ġranet, il-Mulej.

Bierku, dawl u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab, il-Mulej.

Ħa tbierek l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal dejjem.

Bierku, muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet fl-art, il-Mulej.

Bierku, għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar, il-Mulej.

Bierku, ħut kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha ta’ l-ajru, il-Mulej.

Bierku, bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin, il-Mulej.

Bierek, Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Bierku, qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej, il-Mulej.

Bierku, spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom ta’ qalb umli, il-Mulej.

Bierku, Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal dejjem.

Inbierku l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal dejjem.

Imbierek int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u jsebbħek fuq kollox għal dejjem.
 

 
 Canticle of Daniel
  
 
Canticle – Daniel 3:57-88, 56
Let all creatures praise the Lord

All you servants of the Lord, sing praise to him (Revelation 19:5).

Bless the Lord, all you works of the Lord.
Praise and exalt him above all forever.
Angels of the Lord, bless the Lord.
You heavens, bless the Lord.
All you waters above the heavens, bless the Lord.
All you hosts of the Lord, bless the Lord.
Sun and moon, bless the Lord.
Stars of heaven, bless the Lord.

 
Every shower and dew, bless the Lord.
All you winds, bless the Lord.
Fire and heat, bless the Lord.
Cold and chill, bless the Lord.
Dew and rain, bless the Lord.
Frost and chill, bless the Lord.
Ice and snow, bless the Lord.
Nights and days, bless the Lord.
Light and darkness, bless the Lord.
Lightnings and clouds, bless the Lord.


Let the earth bless the Lord.
Praise and exalt him above all forever.
Mountains and hills, bless the Lord.
Everything growing from the earth, bless the Lord.
You springs, bless the Lord.
Seas and rivers, bless the Lord.
You dolphins and all water creatures, bless the Lord.
All you birds of the air, bless the Lord.
All you beasts, wild and tame, bless the Lord.
You sons of men, bless the Lord.


O Israel, bless the Lord.
Praise and exalt him above all forever.
Priests of the Lord, bless the Lord.
Servants of the Lord, bless the Lord.
Spirits and souls of the just, bless the Lord.
Holy men of humble heart, bless the Lord.
Hananiah, Azariah, Mishael, bless the Lord.
Praise and exalt him above all forever. 

Let us bless the Father, and the Son, and the Holy Spirit.
Let us praise and exalt him above all forever.
Blessed are you, Lord, in the firmament of heaven.
Praiseworthy and glorious and exalted above all forever.









 
.