MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
22 ta' Awwissu Tifkira liturġika tal-Verġni Mqaddsa Marija, Reġina.
Wara l-festa tat-Tlugħ tal-Verġni Mqaddsa Marija fis-sema, fil-15 ta’ Awissu, huwa xieraq li jiġi wkoll iċċelebrat il-post tagħha fost l-anġli u l-qaddisin bħala r-Reġina tas-sema u ta’ l-art. Fil-11 ta’ Ottubru 1954, il-Papa Piju XII, bl-enċiklika tiegħu “Ad Coeli Regina”, waqqaf il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Reġina, u ddikjara li għandha tiġi ċċelebrata mal-Knisja kollha, fil-31 ta’ Mejju ta’ kull sena. Il-festa twaqqfet b’tifkira tas-Sena Marjana li l-istess Papa kien nieda bl-enċiklika “Fulgens Corona” fl-okkażjoni ta’ għeluq iċ-ċentinarju tad-definizzjoni tad-domma tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija. Waral-Konċilju Vatikan II, il-festa ġiet trasferita għat-22 ta’ Awissu, nhar l-ottava tat-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema, biex hekk tkun tidher aħjar ir-rabta bejn ir-Regalita’ tal-Verġni Marija u Tlugħ tagħha fis-sema. Sa mill-ewwel sekli tal-Knisja, l-Insara emmnu li l-Verġni Mqaddsa hija Reġina. Hi ġabet fid-dinja Iben li sa mill-mument tat-tnissil tiegħu, minħabba l-għaqda ipostatika tan-natura umana ma’ dik divina, ukoll bħala bniedem, kien Sultan u Mulej ta’ kollox. Għalhekk kien tassew xieraq lil-Knisja twaqqaf din il-festa biex tunura lill-Verġni Marija b’dan it-titolu ta’ Reġina. Talba Is-Sliem, o Sultana tas-sema, Sidt l-anġli; int l-għerq u l-bieb safi mnejn ġie dawl id-dinja. O Verġni Glorjuża, ta’ ġmiel u sbuħija, is-sliem għalik! Itlob lil Kristu għalina. (Din hi waħda mill-antifoni tal-Madonna li tingħad wara t-Talba ta’ Għeluq il-Jum)
How Can This Be?
The Queenship of Mary August 22 The Octave of the Assumption
Lk 1:26-38 -- The Birth of Jesus Foretold - t-taħbira tat-twelid ta’ Ġesù Kristu
AUGUST 22 - The Queenship of the Blessed Virgin Mary (Memorial) Evanġelju Lq 1, 26-38
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien: [Lq:1:26] Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt
tal-Galilija, jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba mgħarrsa ma’ raġel
jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David. Dix-x-xebba kien jisimha Marija
[Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija
bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawdet ħafna għal dan
il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din
it-tislima.. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti
sibt grazzja quddiem Alla [Lq:1:31] Ara inti sa tnissel fil-ġuf u
jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ
Bin il-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru;
[Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem
għas-saltna tiegħu.”
[Lq:1:34] Iżda, Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma
nagħrafx raġel?” [Lq:1:35] Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu
jiġi fuqek u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk
dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36]
Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben
fil-ġuf, u ġa għandha s-sitt xahar dik li għaliha kienu jgħidu li ma
jistax ikollha tfal; [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax
isir”.
[Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: “Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej; ħa
jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn quddiemha.
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu
============
Aug 22 - Homily: Four Traits of the Immaculate Heart ---Purity, Humility, Burning with Love, and Pierced by a Sword. Readings: 1st: sir 24:23-31 Gsp: Jn 19:25-27