blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: February 8 - St Josephine Bakhita - From Slave to Saint

Friday, December 30, 2011

February 8 - St Josephine Bakhita - From Slave to Saint


Saint Josephine BAKHITA - Canonized by Pope John Paul II on 1st October 2000

8 February 2015: First International Day of Prayer against Human Trafficking
http://www.news.va/en/news/8-february-first-international-day-of-prayer-again


On the day, the faithful are invited to recite the following prayer:
 
“O God, when we hear of children and adults
deceived and taken to unknown places for
purposes of sexual exploitation, forced labour, and
organ ‘harvesting’, our hearts are saddened and
our spirits angry that their dignity and rights are
ignored through threats, lies, and force.
We cry out against the evil practice of this modern
slavery, and pray with St. Bakhita for it to end.
Give us wisdom and courage to reach out and
stand with those whose bodies, hearts and spirits
have been so wounded, so that together we may
make real your promises to fill these sisters and
brothers with a love that is tender and good.
Send the exploiters away empty-handed to be
converted from this wickedness, and help us all to
claim the freedom that is your gift to your
children. Amen”.




Readings for the Feast of  Josephine Bakhita
http://www.liturgies.net/saints/josephinebakhita/readings.htm


http://www.vatican.va/holy_father/john_paul_ii/homilies/2000/documents/hf_jp-ii_hom_20001001_canonization_en.html




JOSEPHINE BAKHITA (1869-1947)
http://www.vatican.va/news_services/liturgy/saints/ns_lit_doc_20001001_giuseppina-bakhita_en.html

GIUSEPPINA BAKHITA (1869-1947)
http://www.vatican.va/news_services/liturgy/documents/ns_lit_doc_20001001_giuseppina-bakhita_it.html

Ġużeppina Bakhita (Sudan, 1869 -- Vicenza, Italja, 8 ta' Frar, 1947) kienet skjava Sudaniża li saret Kattolika u soru Kanossjana fl-Italja, fejn għexet u ħadmet għal 45 sena. Nhar l-1 ta' Ottubru 2000, il-Papa Ġwanni Pawlu II ddikjaraha qaddisa.

Bakhita twieldet lejn is-sena 1869 -- hi stess ma kinitx taf id-data preċiża --f'Darfur, fis-Sudan. Meta kellha disa' snin ħatfuha t-traffikanti tal-ilsiera, sawtuha, xerrdulha demmha u bigħuha ħames darbiet fis-swieq ta' El Obeid u Khartoum fis-Sudan. Minħabba t-trawma li ġarrbet insiet saħansitra x'jisimha: dawk li ħatfuha semmewha Bakhita, li bl-Għarbi tfisser "iffurtunata". Imma ma tantx kienet iffurtunata għax batiet ħafna, fosthom b'tatwaġġ krudil li sar meta kienet skjava ta' ġeneral Tork: għamlulha iktar minn mitt sinjal fuq sidirha, fuq żaqqha u fuq idha l-leminija, ħafruhomlha b'xafra u mlewhom bil-melħ biex jibqgħulha marki permanenti. Matul ħajjitha kollha baqgħu jidhru f'ġisimha 144 sinjal tal-ġrieħi.

Fl-aħħar, fl-1882 xtraha merkant Taljan għall-konslu Taljan Callisto Legnani, li quddiem l-invażjoni tas-segwaċi tal-Maħdi, reġa' lejn l-Italja. Hemm Bakhita bdiet tgħix mal-familja ta' Augusto Michieli ħabib ta' Legnani u saret il-babysitter ta' bintu Mimmina. Papa Benedittu XVI, fl-enċiklika tiegħu Spe Salvi, jgħid hekk: "Hawnhekk, wara "sidien" daqshekk ħorox li tagħhom sa dak il-waqt hi kienet proprjetà, Bakhita kellha "sid" differenti għal kollox -- bid-djalett Venezjan, li issa kienet tgħallmitu, kienet issejjaħ "paron" lil Alla l-ħaj, lil Alla ta' Ġesu Kristu. Sa dak il-waqt kellha biss sidien jew padruni li kienu jkasbruha u jittrattawha ħażin, jew l-aktar kienu jqisuha lsira ma tiswa għal xejn. Issa, iżda, kienet tisma' 'l min jgħidilha li jeżisti "paron" li hu 'l fuq mis-sidien kollha, is-Sinjur tas-sinjuri kollha, u li dan is-Sinjur hu tajjeb, it-tjubija nfisha. Saret taf li das-Sinjur kien jaf lilha wkoll, ħalaq lilha wkoll -- anzi li kien iħobbha. Hi wkoll kienet maħbuba, u sewwa sew mill-"Paron" suprem, li quddiemu s-sidien l-oħrajn kollha huma biss qaddejja li ma jiswew għal xejn. Hi kienet magħrufa u maħbuba u kienet mistennija. Anzi das-Sid ħabbat wiċċu hu nnifsu mad-destin li jkun imsawwat u issa kien qiegħed jistennieha "fin-naħa tal-lemin ta' Alla l-Missier". Issa hi kellha t-"tama" -- mhux aktar dik it-tama biss li ssib sidien anqas ħorox, imma t-tama l-kbira: jiena maħbuba għal dejjem u jiġri x'jiġri, din l-Imħabba qiegħda tistennieni. U għalhekk ħajti hija tajba. Permezz tal-għarfien ta' din it-tama hija kienet "mifdija", ma ħassithiex aktar ilsira, iżda bint ħielsa ta' Alla. Fehmet dak li ried ifisser Pawlu meta fakkar lill-Efesin li qabel kienu bla tama u bla Alla fid-dinja -- bla tama għax bla Alla. Għalhekk meta riedu jerċgħu jeħduha lejn is-Sudan, Bakhita ma riditx; ma riditx terġa' tinfired mill-"Paron" tagħha."

Wara tliet snin Michieli reġa' lura l-Afrika fejn kellu lukanda u ħalla lil bintu u lil Bakhita f'idejn l-Istitut tal-Katekumeni ta' Venezja tas-Sorijiet Kanossjani. Bakhita saret katekumena u bdiet titgħallem ir-reliġjon Kattolika.

Meta mart Michieli marret lura biex tieħu lil bintha u lil Bakhita l-Afrika, Bakhita rrifjutat b'kuraġġ u determinazzjoni u riedet tibqa' mas-sorijiet Kanossjani. Michieli irrikorriet għand il-Prokuratur tar-Re, u daħal ukoll fil-kwistjoni l-Kardinal Patrijarka ta' Venezja Domenico Agostini, li ma setgħu jagħmlu xejn għax fl-Italja ma kienx hemm liġi tal-iskjavitù: u nhar id-29 ta' Novembru 1889 Bakhita ġiet iddikjarata legalment libera.

Fid-9 ta' Jannar 1890, hija tgħammdet, għamlet il-Griżma tal-Isqof u rċeviet l-Ewwel Tqarbina minn idejn il-Patrijarka ta' Venezja u tawha l-isem ta' Giuseppina Margherita Fortunata.

Fit-8 ta' Diċembru 1896, f'Verona, għamlet il-professjoni tal-voti fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Kanossjani. Fl-1902 kienet trasferita fi Schio fil-provinċja ta' Viċenza fejn kellha tibqa' sal-aħħar ta' ħajjitha. Minn dak iż-żmien -- flimkien mal-ħidmiet tagħha fis-sagristija u l-portinerija tal-kunvent -- fittxet l-aktar permezz ta' bosta vjaġġi fl-Italja li tgħin lill-missjoni: il-ħelsien li ħadet bil-laqgħa ma' Alla ta' Ġesù Kristu, ħasset li kellha tferrxu, kellu jingħata wkoll lill-oħrajn, lill-akbar għadd possibbli ta' persuni. It-tama, li twieldet għaliha u "fdietha", ma setgħetx iżżommha għaliha; din it-tama kellha tilħaq lil ħafna, lil kulħadd. F'Vicenza għadhom isejħulha l-"Madre Sewda", bit-Taljan "Madre Moretta".



Bakhita CD1



Bakhita CD2







.