THURSDAY GOSPEL OF WEEK 3 OF LENT
Evanġelju
Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi.
Lq 11, 14-23
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lq:11:14] Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. [Lq:11:15] Iżda xi wħud minnhom qalu: "Bis-saħħa ta' Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten." [Lq:11:16] Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema.
[Lq:11:17] Iżda hu ntebaħ x'kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: "Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa' dar fuq oħra. [Lq:11:18] Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta' Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten. Lq:11:19] Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta' min ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom. [Lq:11:20] Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta' Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta' Alla.
[Lq:11:21] Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur. [Lq:11:22] Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu, u jqassam il-priża tiegħu.
[Lq:11:23] Min m'huwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Homily: Christ's Authority over Devils
Published on Mar 23, 2017
Fr. Matthias describes how Jesus has authority over demons and gives the same authority to the Church via the sacraments and sacramentals, including exorcism but also devotion to Our Lady including consecration. Ave Maria! Mass: Thursday 3rd Week of Lent - Wkdy Readings: 1st: jer 7:23-28 Resp: psa 95:1-2, 6-7, 8-9 0 Gsp: luk 11:14-23
KKK - mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika:
395 Iżda l-qawwa tax-Xitan mhijiex bla qies. Hu biss ħliqa. Setgħani għax spirtu pur, imma dejjem ħliqa; ma jistax iwaqqaf il-bini tas-Saltna ta’ Alla. Jagħmel x’jagħmel ix-Xitan fid-dinja b’mibegħda għal Alla u għas-Saltna tiegħu fi Kristu Ġesù, u kbar kemm huma kbar il-ħsarat li tagħmel il-ħidma tiegħu – ħsarat ta’ natura spiritwali u, indirettament, ta’ natura fiżika wkoll – lil kull bniedem u lis-soċjetà, il-ħidma tiegħu tippermettiha l-providenza ta’ Alla, li bil-qawwa u bil-ħlewwa tmexxi l-istorja tal-bniedem u tad-dinja. Hu misteru kbir li Alla jippermetti l-ħidma tax-xitan, iżda “aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ... f’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom” (Rum 8,28).
&&&&&&&&&&&&
1673 Meta l-Knisja titlob pubblikament u b’awtorità, f’isem Ġesù Kristu, biex xi persuna jew xi ħaġa tiġi mħarsa mit-theddid tal-Ħażin jew tiġi mwarrba minn taħt is-setgħa tiegħu, dan jissejjaħ eżorċiżmu. Kristu dan għamlu (ara Mk 1,25-26), u mingħandu l-Knisja rċeviet is-setgħa u d-dmir li teżorċizza (ara Mk 3,15; 6,7.13; 16,17). F’sura sempliċi, l-eżorċiżmu dejjem isir waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija. L-eżorċiżmu solenni, jew "l-eżorċiżmu l-kbir”, jista’ jsir biss minn saċerdot u bil-permess tal-Isqof. Wieħed irid juża l-għaqal kollu u jħares bir-reqqa kollha r-regoli li għamlet il-Knisja. L-għan tal-eżorċiżmu hu li jkeċċi x-xjaten jew jeħles minn taħt is-setgħa tax-Xitan u dan bis-saħħa tal-awtorità spiritwali li Ġesù ried jafda lill-Knisja tiegħu. Il-mard, l-aktar dak tal-moħħ (psikiku), hu ħaġa għal kollox differenti li tinteressa x-xjenza medika. Hu għalhekk importanti ħafna, qabel ma wieħed jiċċelebra eżorċiżmu, li jkun żgur dwar il-preżenza tal-Ħażin u mhux li jkun xi każ ta’ mard.5
.