blank'/> SHARING CATHOLIC TRUTH: August 9 - St. Teresa Benedicta of the Cross (Edith Stein), Virgin and Martyr --- 9 t'Awissu - St Benedetta tas-Salib - Edith Stein - Qari tal-Quddiesa

Thursday, August 09, 2012

August 9 - St. Teresa Benedicta of the Cross (Edith Stein), Virgin and Martyr --- 9 t'Awissu - St Benedetta tas-Salib - Edith Stein - Qari tal-Quddiesa

 
Edith Stein: An early athiest who died as a Carmelite religious in Auschwitz gas chamber - Published on Aug 9, 2016

 
 
 
SAINT TERESA BENEDICTA OF THE CROSS - CO-PATRONESS OF EUROPE
 
 
 

 
 





 
 




 
Santa Teresa Benedetta tas-Salib - Edith Stein - (1891-1942) soru Karmelitana, martri.

Ħosegħa 2:16-17c.21-22;

[Hos:2:16] "Għalhekk, araw, jiena se niġbidha, neħodha fid-deżert u lil qalbha nkellem.[Hos:2:17c] Hemmhekk hi twieġeb bħal fi żmien żgħożitha, bħal fi żmien ħruġha minn art l-Eġittu.
[Hos:2:21] "Għal dejjem ngħarrsek miegħi, ngħarrsek miegħi fis-sewwa u l-ħaqq,
fl-imħabba u l-ħniena,[Hos:2:22] b'rabta fidila jiena ngħarrsek miegħi, u int tagħraf lill-Mulej.


Salm Responsorjali : Ara l-Għarus: Oħorġu lqgħu lil Kristu l-Mulej


Salm 45: 11-12. 14-17

(S:45:11) Isma', binti, ħares u agħti widen,
               insa 'l ġensek u 'l dar missierek.
(S:45:12) Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek;
               u int, għax hu sidek, agħtih qima.  R.


(S:45:14)  Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar,
                minsuġ bid-deheb ilbiesha.
(S:45:15) Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha,
               it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha.  R.

(S:45:16)  Jittieħdu b'għajat ta' ferħ u hena;
                jidħlu fil-palazz tas-sultan.  R.

(S:45:17) Flok missirijietek jilħqu wliedek;
               inti tqegħedhom kapijiet fuq l-art kollha.   R.

Mt 25:1-13
25. Il-parabbola ta' l-għaxar xebbiet [Mt:25:1] "Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma' għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. [Mt:25:2] Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, [Mt:25:3] għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, [Mt:25:4] waqt li   l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. [Mt:25:5] L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu. [Mt:25:6] Mbagħad f'nofs ta' lejl instama' min jgħajjat, 'Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!' [Mt:25:7] Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. [Mt:25:8] Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin, 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.' [Mt:25:9] Qabżu l-għaqlin u qalu, 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.' [Mt:25:10] Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu miegħu għall-festa tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. [Mt:25:11] Saflaħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu, 'Sinjur, Sinjur, iftħilna!' [Mt:25:12] Iżda hu weġibhom u qal,'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.' [Mt:25:13] Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa.


Mt 25:1-13 -- The parable of the ten virgins - Il-parabbola ta' l-għaxar xebbiet








video
https://www.youtube.com/watch?v=_AeQ6Sq_fEI




Saint Edith Stein Martyr of Auschwitz - Published on Aug 9, 2016









.