MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Wednesday, November 20, 2013
November 21 - The Feast of the Presentation of the Blessed Virgin Mary --- Mary is Greater than the Church --- & --- Mt 12:46-50 - Who IS my Mother ?
Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Mqaddsa Marija - 21 ta' Novembru
.
Readings:
1st: zec 2:14-17
Resp: luk 1:46-55
Gsp: mat 12:46-50
https://www.youtube.com/watch?v=8uRMadb9khs
NOVEMBER 21 - The Presentation of the Blessed Virgin Mary
Evanġelju
Medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal:"Dawn, araw, huma ommi u ħuti!"
--- My mother and my brothers are anyone who does the will of my Father in heaven ---
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F'dak iż-żmien, [Mt:12:46] Kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies,
ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. [Mt:12:47] Xi ħadd
qallu: "Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk
."[Mt:12:48] Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: "Min hi ommi? U
min huma ħuti?"
[Mt:12:49] Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: "Dawn, araw,
huma ommi u ħuti. [Mt:12:50] Għax kull min jagħmel ir-rieda ta' Missieri
li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
================
Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 21 ta' Novembru
21 ta’ Novembru
Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija
Tifkira Obbligatorja
Qari I
Żak 2, 14-17
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija
Għajjat bil-ferħ u nfexx fil-hena, bint Sijon, għaliex arani ġej biex ngħammar f’nofsok din kelma tal-Mulej, u kotra kbira ta’ ġnus jingħaqdu dakinhar mal-Mulej; u huma jkunu l-poplu tiegħi. U jiena ngħammar f’nofsok; imbagħad inti tagħraf li l-Mulej tal-eżerċti bagħatni għandek.
U l-Mulej jieħu lil Ġuda bħala sehmu mill-wirt fl-art imqaddsa, u jerġa’ jaħtar ’il Ġerusalemm. Żommu s-skiet quddiem il-Mulej, intom il-ħajjin kollha, għax hu stenbaħ mill-għamara mqaddsa tiegħu!
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Lq 1:46-55
R/. Hienja int, Verġni Marija, li ġibt fid-dinja ’l Bin il-Missier etern!
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja. R/.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien
fuq dawk li jibżgħu minnu. R/.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,
xerred ’il dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid ’il min hu bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn. R/.
Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
bħalma wiegħed ’il missirijietna
b’risq Abraham u nislu għal dejjem. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Lq 1: 28
R/. Hallelujah.
Hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha.
R/. Hallelujah.
Evanġelju
Mt 12: 46-50
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?” Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.
.