blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/06/16

Sunday, March 06, 2016

Laetare Sunday, the Fourth Sunday in Lent - A CALL TO REJOICE IN THE MIDDLE OF LENT FOR GOD'S MERCY AND FORGIVENESS







Laetare Sunday


https://en.wikipedia.org/wiki/Laetare_Sunday



Laetare Sunday (3/6/16 - year c)




THE LAETARE SUNDAY GOSPEL OF LENT IN YEAR C  --- Lk 15:1-3, 11-32 -- The Parable of the Lost Son - Il-parabbola ta' l-iben il-ħali


[Lq:15:1] Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħuh. [Lq:15:2] U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: "Nies midinba jilqa' għandu dan u jiekol magħhom!" [Lq:15:3] U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:
Il-parabbola ta' l-iben il-ħali
[Lq:15:11] Qalilhom ukoll: "Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. [Lq:15:12] Iż-żgħir qal lil missieru, 'Missier, agħtini s-sehem li jmiss lili mill-ġid.' U dak qassmilhom il-ġid. [Lq:15:13] Ma kinux għaddew wisq ġranet, meta ż-żgħir sarr kollox u telaq minn beltu lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu kollu f'ħajja mtajjra. [Lq:15:14] Meta ħela kull ma kellu, fuq dak il-pajjiż waqa' ġuħ kbir, u beda jħoss ruħu fil-bżonn. [Lq:15:15] U mar daħal ma' wieħed minn dak il-pajjiż, li bagħtu fir-raba' tiegħu jirgħa l-ħnieżer. [Lq:15:16] Kien jixtieq kieku jimla żaqqu mqar bil-ħarrub li kienu jieklu l-ħnieżer, imma ħadd ma kien jagħtih. [Lq:15:17] Mbagħad daħal fih innifsu u qal, 'Kemm lavranti ma' missieri għandhom ħobż bix-xaba' , u jien qiegħed hawn immut bil-ġuħ! [Lq:15:18] Ħa nqum u mmur għand missieri, u ngħidlu, 'Missier, dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; [Lq:15:19] ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek; żommni b'wieħed mil-lavranti tiegħek.' [Lq:15:20] Qam, u telaq għal għand missieru. Iżda kif kien għadu fil-bogħod missieru lemħu u tħassru, u b'ġirja waħda mar inxteħet fuq għonqu u biesu. [Lq:15:21] 'Missier,' qallu ibnu, 'dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek.' [Lq:15:22] Iżda l-missier qal lill-qaddejja tiegħu, 'Isaw! Ġibulu l-isbaħ libsa u xidduhielu, libbsulu ċ-ċurkett f'sebgħu u s-sandli f'riġlejh! [Lq:15:23] Ġibu l-għoġol l-imsemmen u oqtluh, ħa nieklu u nagħmlu festa, [Lq:15:24] għax dan ibni kien mejjet u raġa' qam, kien mitluf u nstab!' U għamlu festa.
[Lq:15:25] "Mela ibnu l-kbir kien fl-għalqa. Huwa u rieġa' lura, kif wasal qrib id-dar sama' daqq u żfin. [Lq:15:26] Sejjaħ wieħed mill-qaddejja u staqsieh dak x'kien. [Lq:15:27] 'Hawn ħuk,' qallu dak, 'u missierek qatillu l-għoġol l-imsemmen, għax raġa' kisbu qawwi u sħiħ.' [Lq:15:28] Hu inkorla, u ma riedx jidħol ġewwa, iżda missieru ħareġ jitolbu jidħol. [Lq:15:29] 'Ara,' qal lil missieru, 'ili dawn is-snin kollha naqdik, kelmtek ma ksirthielek qatt, u kieku qatt tajtni gidi lili biex nagħmel ikla u nifraħ ma' ħbiebi! [Lq:15:30] Mbagħad jiġi dan ibnek, li belagħlek ġidek man-nisa żienja, u lilu toqtollu l-għoġol l-imsemmen!' [Lq:15:31] 'Ibni,' qallu missieru, 'inti dejjem miegħi, u kull ma hu tiegħi huwa tiegħek. [Lq:15:32] Imma kien meħtieġ li nagħmlu festa u nifirħu, għax dan ħuk kien mejjet u raġa' qam, kien mitluf u nstab.' "




THE LAETARE SUNDAY GOSPEL OF LENT IN YEAR B --- Jn 3:14-21 -- Jesus Teaches Nicodemus - Ġesù u Nikodemu


[Ġw:3:14] U kif Mosè rafa' s-serp  fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, [Ġw:3:15] biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. [Ġw:3:18] Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta' l-Iben il-waħdieni ta' Alla. [Ġw:3:19] U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, imma l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax  l-għemil tagħhom kien ħażin. [Ġw:3:20] Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx. [Ġw:3:21] Imma min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f'għemilu."



THE LAETARE SUNDAY GOSPEL OF LENT IN YEAR A --- Jn 9:1-41 -- Jesus Heals a Man Born Blind - Ġesù jfejjaq raġel agħma minn twelidu


9. Ġesù jfejjaq raġel agħma minn twelidu
[Ġw:9:1] Kif kien għaddej, lemaħ raġel agħma minn twelidu, [Ġw:9:2] u d-dixxipli tiegħu staqsewh: "Rabbi, dan twieled agħma għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?" [Ġw:9:3] Ġesù wieġeb: "Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex l-għemil ta' Alla jidher fih. [Ġw:9:4] Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu  x-xogħol ta' dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista' jaħdem. [Ġw:9:5] Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl  tad-dinja." [Ġw:9:6] Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma. [Ġw:9:7] U qallu: "Mur inħasel  fil-menqgħa ta' Silwam." Din tfisser 'il-Mibgħut'. Mela dak mar, nħasel u ġie jara. [Ġw:9:8] Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: "Dan m'huwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?" [Ġw:9:9] Xi wħud qalu: "Iva, hu." Oħrajn qalu: "Le, imma jixbhu." Iżda hu qalilhom: "Jiena hu." [Ġw:9:10] Qalulu: "Mela kif infetħulek għajnejk?" [Ġw:9:11] Weġibhom: "Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli, 'Mur fis-Silwam u nħasel hemm.' Mort, nħsilt, u ġejt nara." [Ġw:9:12] Qalulu: "Fejn huwa dan ir-raġel?" Qalilhom: "Ma nafx."
Il-Fariżej jistaqsu dwar il-fejqan
[Ġw:9:13] Lil dan il-bniedem li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand  il-Fariżej. [Ġw:9:14] Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn l-agħma inzerta kien is-Sibt. [Ġw:9:15] Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: "Qegħedli ftit tajn fuq għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara." [Ġw:9:16] Xi wħud  mill-Fariżej qalu: "Dan il-bniedem m'huwiex ġej mingħand Alla, għax ma jħarisx is-Sibt." Iżda oħrajn qalu: "Kif jista' wieħed midneb jagħmel sinjali bħal dawn?" U ma qablux bejniethom. [Ġw:9:17] U reġgħu qalu lill-agħma: "Int x'jidhirlek minnu, issa li fetaħlek għajnejk?" Qalilhom: "Dak profeta."
[Ġw:9:18] Il-Lhud ma ridux jemmnu li hu kien agħma u ħa  d-dawl qabel ma bagħtu għall-ġenituri ta' dak li sar jara, [Ġw:9:19] u staqsewhom: "Dan, li intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? Mela issa kif ġie jara?"  [Ġw:9:20] Il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: "Nafu li dan hu t-tifel tagħna u li twieled agħma; [Ġw:9:21] imma kif issa ġie jara, dan ma nafuhx, u anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu, żmien għandu; ħa jitkellem hu għalih innifsu." [Ġw:9:22] Il-ġenituri tiegħu wieġbu hekk għaliex beżgħu  mil-Lhud, għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu bejniethom li jekk xi ħadd jistqarr li Ġesù hu l-Messija, isib ruħu barra mis-sinagoga. [Ġw:9:23] Kien għalhekk li l-ġenituri tiegħu wieġbu, 'Żmien għandu, staqsu lilu.'
[Ġw:9:24] Għal darb'oħra reġgħu bagħtu għal dak li kien agħma u qalulu: "Agħti glorja lil Alla! Aħna nafu li dan il-bniedem huwa midneb." [Ġw:9:25] Dak weġibhom: "Jekk hux midneb ma nafx; ħaġa waħda naf: li jien kont agħma u issa qiegħed nara." [Ġw:9:26] Qalulu: "Imma hu x'għamillek? Kif fetaħhomlok għajnejk?" [Ġw:9:27] U hu weġibhom: "Ġa għedtilkom u ma smajtux! Xi tridu tisimgħu iżjed? Jaqaw tridu intom ukoll issiru dixxipli tiegħu?" [Ġw:9:28] U qabdu jgħajjruh u qalulu: "Dak int dixxiplu tiegħu! Aħna ta' Mosè dixxipli! [Ġw:9:29] Aħna nafu li lil Mosè kellmu Alla, imma dan ma nafux minn fejn hu!" [Ġw:9:30] Weġibhom ir-raġel u qalilhom: "Sewwa! Hawn qiegħed l-għaġeb, li intom ma tafux minn fejn inqala', u madankollu lili fetaħli għajnejja! [Ġw:9:31] Aħna nafu li Alla m'hux se jisma' lill-midinbin; iżda mbagħad jekk wieħed ikun iqim lil Alla u jagħmel ir-rieda tiegħu, lil dan jisimgħu. [Ġw:9:32] Qatt fid-dinja ma nstema' li xi ħadd fetaħ għajnejn wieħed agħma  mit-twelid. [Ġw:9:33] Li kieku dan ma kienx ġej mingħand Alla, xejn ma kien ikollu ħila jagħmel." [Ġw:9:34] Mbagħad qabżu u qalulu: "Int se tgħallem lilna, int li twelidt dnubiet waħdek?" U keċċewh 'il barra.
L-għama spiritwali
[Ġw:9:35] Ġesù sama' li keċċewh 'il barra; sabu u qallu: "Temmen inti f'Bin il-bniedem?" [Ġw:9:36] Dak wieġeb u qallu: "Min hu, Mulej, biex nemmen fih?" [Ġw:9:37] Qallu Ġesù: "Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek." [Ġw:9:38] Qallu: "Nemmen, Mulej!" U nxteħet għarkubbtejh quddiemu. [Ġw:9:39] Mbagħad Ġesù qal: "Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min jara jagħma."
[Ġw:9:40] Xi wħud mill-Fariżej li kienu hemm madwaru semgħuh jgħid dan u staqsewh: "Aħna wkoll għomja?"  [Ġw:9:41] Weġibhom Ġesù: "Li kieku kontu għomja, ma kontux tkunu ħatja ta' dnub. Imma issa qegħdin tgħidu, 'Aħna naraw.' Mela d-dnub tagħkom għadu fuqkom."





.