blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 09/05/14

Friday, September 05, 2014

Lk 5:33-39 -- Jesus Questioned About Fasting - Mistoqsija fuq is-sawm -- Luqa 5:33-39 --- FRIDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME



FRIDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME




 
 
 
 




Lk 5:33-39 -- Jesus Questioned About Fasting - Mistoqsija fuq is-sawm


FRIDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu dakinhar.
Lq 5, 33-39


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F'dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: [Lq:5:33] "Id-dixxipli ta' Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!"

[Lq:5:34] U Ġesù qalilhom: "Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb ta' l-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? [Lq:5:35] Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar."

[Lq:5:36] Qalilhom ukoll parabbola: "Ħadd ma jaqta' biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa' waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta' l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima.

[Lq:5:37] Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f'damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa' d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani. [Lq:5:38] Iżda nbid ġdid iqegħduh f'damiġġani ġodda. [Lq:5:39] U ħadd ma jkun irid mill-inbid ġdid wara li jkun xorob mill-qadim, għax jgħidlek, 'Il-qadim tajjeb!' "



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




.
************




Pope Francis at Santa Marta: “The Church asks us to change”  











.