https://catholicsaints.info/saint-albert-chmielowski/
https://en.wikipedia.org/wiki/Albert_Chmielowski
Saint Albert Chmielowski
17 June – St Albert Chmielowski T.O.S.F. (1845-1916) – The Painter Who Became an Advocate for the Poor and then a Saint! Artist, Founder, Tertiary Franciscan, Apostle of Charity
Tifkira Franġiskana ta'
SANT’ALBERT ADAM CHMIELOWSKI
(1845-1916)
Reliġjuż tat-Tielet Ordni Regulari
Twieled Igolomija, fid-djoċesi ta’ Krakovja, fil-Polonja, fl-20 ta’ Awwissu 1845. Fil-magħmudija tawh l-isem ta’ Albertu. Fl-1863 daħal suldat u ġġieled għall-ħelsien tal-Polonja. Inqabad priġunier u kellhom jaqtgħulu sieq waħda. Kien ukoll pittur imsemmi. Fl-1884 mar Krakovja fejn ingħata għall-għajnuna lill-foqra u lil dawk bla dar, filwaqt li għex ta’ fqir fost il-foqra. B’hekk ta xhieda awtentika tal-Vanġelu. Libes tonka griża u fil-25 ta’ Awwissu pprofessa l-voti reliġjużi bħala Terzjarju Fraġiskan. L-eżempju tiegħu qanqal lil xi oħrajn biex jingħaqdu miegħu, u b’hekk waqqaf żewġ kongregazzjonijiet reliġjużi: “L-Aħwa tat-Tielet Ordni ta’ San Franġisk qaddejja tal-foqra”, għall-irġiel imsejħin ukoll Albertini, u l-fergħa tan-nisa. Miet fi Krakovja fil-25 ta’ Diċembru 1916. Il-Papa Ġwanni Pawlu II kkanonizzah fit-23 ta’ Settembru 1989.
from Facebook Parroċċa Marija Addolorata San Pawl il-Baħar.
.
No comments:
Post a Comment