On September 6th 2017 - Mother Teresa to be co-patron of Calcutta Archdiocese
http://en.radiovaticana.va/news/2017/09/04/mother_teresa_to_be_co-patron_of_calcutta_archdiocese_%E2%80%8E/1334592
https://www.youtube.com/watch?v=re2-_SuaZEo ---
Sept 3, 2016 - Vatican - Jubilee for Workers of Mercy and Volunteers - Mother Teresa of Kolkata
Pope Francis: Mother Teresa, saint for the poor and for volunteers
Holy Mass and Canonization of Mother Teresa of Calcutta - September 4, 2016 - Original sound
Mother Teresa - Her life and work
THERE IS A LIGHT IN THIS WORLD...A HEALING SPIRIT,
MORE POWERFUL THAN ANY DARKNESS WE MAY ENCOUNTER.
WE SOMETIMES LOSE SIGHT OF THIS FORCE WHEN THERE IS SUFFERING, TOO MUCH PAIN...
AND SUDDENLY THE SPIRIT WILL EMERGE
THROUGH THE LIVES OF ORDINARY PEOPLE WHO HEAR A CALL...AND ANSWER IN EXTRAORDINARY WAYS
“No matter how great your sufferings are, your victory over them is in silence.”
In August 1948 Mother Teresa exchanged her black Loreto habit with a white cotton saree, with a blue border.
THE INTERIOR CROSS: MOTHER TERESA AND HER DARK NIGHT OF THE SOUL
http://www.motherteresa.org/13_anni/Reactionsandcomments.html#12
"God has not called us to be successful. He has called us to be faithful."
MARK 4:26-29
Seed Grows of Itself. 26 He said, “This is how it is with the kingdom of God; it is as if a man were to scatter seed on the land 27 and would sleep and rise night and day and the seed would sprout and grow, he knows not how. 28 Of its own accord the land yields fruit, first the blade, then the ear, then the full grain in the ear. 29 And when the grain is ripe, he wields the sickle at once, for the harvest has come.”
MARK 4:26-29
Il-parabbola taż-żerriegħa li tinbet weħidha
[Mk:4:26] U qal: "Is-Saltna ta' Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. [Mk:4:27] Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. [Mk:4:28] L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. [Mk:4:29] U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad."
*************************************************************
from Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 4th September 2017
Fr. Joseph Cilia OFM Conv. and Fr Manuel Gatt OFM Conv. with Saint Teresa of Calcutta
The authentic relic on the feast of Saint Teresa of Calcutta, at Our Lady of Sorrows Parish in Saint Paul's Bay Parish Church
Fil-Knisja Parrokjali tagħna tinsab relikwa awtentika ta ftit
xaghar u biċċa mil-libsa ta' Madre Teresa. Din inġabret hawn mill-mibki
Kappillan Patri Joe Cilia minħabba li huwa nnifsu ħadem 24 sena l-India u b
hekk kellu aktar opportunita' viċina li jiltaqa' magħha kif fil-fatt għamel
għall-aktar minn darba. Fil-kunvent tagħna San Pawl il-Baħar, tinsab miżmuma b'għożża
wkoll ittra miktuba u ffirmata minn Madre Tereza nnfisha, fejn liema ittra u
relikwa tant baqa jgħożż sal-aħħar jiem ta' ħajtu.
================================
5 ta' Settembru
Tifkira liturġika ta'
Madre Tereża ta' Kalkutta
Fil-pjan terren tal-Mother House, fil-Lower Circular Road ta’ Kalkutta, wieħed isib il-kappella sempliċi u mneżża’ minn kollox, fejn mit-13 Settembru ta’ 1997, wara l-funeral statali li ngħatalha, jinsab midfun il-ġisem ta’ Madre Tereża. Barra, l-istorbju li jtarrax tal-metropoli Indjana, mimli faqar u miżerja. Ġewwa, iżda l-ħin bħal jieqaf quddiem qabar fqir: blokka siment abjad u fuqu l-Bibbja personali ta’ Madre Tereża u statwa tal-Madonna b’kuruna ta’ fjuri m’għonqha. Ħdejha lapida ta’ l-irħam b’versett bl-Ingliż mill-Vanġelu ta’ San Ġwann: “Ħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien” (15,12).
Madre Tereża ta’ Kalkutta twieldet fis-26 ta' Awwissu 1910 f’familja Kattolika Albaniża fi Skopje, illum parti mill-Maċedonja. Ta’ 18-il sena ddeċidiet li tidħol fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjonarji tal-Madonna ta’ Loreto. Fl-1928 telqet lejn l-Irlanda, u sena wara kienet l-Indja. Fl-1931 iż-żagħżugħa Ineż ħadet l-ewwel voti u l-isem ġdid ta’ Swor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù (għad-devozzjoni tagħha lejn il-qaddisa ta’ Lisieux), u ta 20 sena kienet tgħallem l-istorja u l-ġografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta’ Loreto f’Entally, żona fil-lvant ta’ Kalkutta.
Il-"Konverżjoni"
Wara l-ħajt tal-kunvent kien hemm il-kwartier ta’ Motti bl-intiena soffokanti tiegħu, wieħed mill-ifqar slums ta’ Kalkutta, il-miżbla tad-dinja. Mill-bogħod swor Tereża setgħet tisma’ l-ħsejjes li kienu jaslu sal-kulleġġ lussuż iżda ma kinitx taf x’kienu. Kienu l-wiċċ l-ieħor ta’ l-Indja, dinja oħra ‘l bogħod minnha, għallinqas sa dik il-lejla ta’ l-10 ta’ Settembru 1946, meta kienet f’ferrovija diretta lejn Darjeeling għall-eżerċizzji spiritwali u hemm ġietha t-“tieni sejħa”: matul dak il-lejl frażi baqgħet imwaħħla f’moħħha tul il-vjaġġ kollu, l-għajta muġugħa ta’ Ġesù msallab: “Għandi l-għatx!” Hija kellha tħalli l-kunvent biex tiddedika ruħha għall-ifqar fost il-fqar: dawk li huma x-xejn, l-emarġinati f’kollox, l-abbandunati li kuljum kienu jmutu fuq il-bankini ta’ Kalkutta, mingħajr lanqas id-dinjità li jistgħu jmutu fil-paċi ta dejjem.
Ordni Ġdid: Il-Missjunarji tal-Karità
Swor Tereża ħalliet il-kunvent ta’ Entally b’ħames rupiji fil-but u s-sari abjad bit-tarf ikħal ta’ l-ifqar Indjani, wara kważi 20 sena mas-sorijiet ta’ Loreto. Kien is-16 t’Awissu 1948. Iż-żgħira Ineż saret Madre Tereża. Fl-1950 id-djoċesi approvat il-kongregazzjoni ġdida tagħha tal-Missjunarji tal-Karità. Kien is-7 ta’ Ottubru, il-festa tar-Rużarju, u mhux b’kumbinazzjoni għax għal Marija hija ddedikata din il-kongregazzjoni ġdida. L-imħabba profonda ta’ Madre Tereża lejn il-Madonna kellha għeruq fit-tfulija tagħha, meta ommha kienet tieħu lilha u lil ħutha Lazar u Age l-knisja, iżuru l-foqra u jitolbu flimkien ir-rużarju.
Barra t-tliet voti tal-faqar, kastità u ubbidjenza, kull Missjonarju tal-Karità jieħu ieħor, dak ta’ "servizz gratwit lejn l-ifqar fost il-fqar". Enfasi fuq l-imitazzjoni tal-virtujiet tal-Madonna, speċjalment l-umiltà, is-silenzju, u l-karità. "I thirst" (għandi l-għatx), hemm miktub fuq il-kurċifiss tal-Casa Madre u f’kull kappella – f’kull parti tad-dinja – f’kull dar tal-kongregazzjoni ta’ Madre Tereża. Din il-frażi tat-"tieni sejħa tagħha", tiġbor f’żewġ kelmiet l-ispiritwalità tagħha.
Personaġġ
Illum il-figura rqiqa ta’ Madre Tereża, il-ġisem fraġli tagħha mgħawweġ bl-għejja tax-xogħol, u wiċċha mkemmex saru magħrufin mad-dinja kollha. Kull min iltaqa’ magħha, anke darba, ma jistax jinsieha: id-dija tat-tbissima tagħha kienet tirrifletti l-imħabba immensa tagħha. Meta hi tħares lejk, b’dawk għajnejha profondi, amorevoli, limpidi, kont tħoss li qed iħarsu lejk l-istess għajnejn ta’ Alla l-Imbierek.
Attiva u kontemplattiva fl-istess ħin, fiha kien hemm idealiżmu u konkretezza, pragmatiżmu u utopja. Kienet tħobb tiddefinixxi lilha nnifisha bħala "l-lapes żgħir ta’ Alla", strument żgħir u sempliċi f’idejh. Kienet tagħraf b’umiltà li meta l-lapes jispiċċa, il-Mulej jarmih u jafda lil ħaddieħor il-missjoni appostolika tagħha: "Min jemmen fija jagħmel hu ukoll l-għemejjel li qed nagħmel jien, u ikbar minnhom ukoll" (Ġwanni 14, 12).
Wara mewta
Madre Tereża mietet f’Kalkutta filgħaxija tal-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 1997, fid-9.30pm Kellha 87 sena. Fis-26 ta’ Lulju 1999 infetaħ il-proċess tagħha ta’ beatifikazzjoni, 3 snin qabel suppost; għalkemm għall-poplu Madre Tereża kienet diġà qaddisa. Nhar id-19 ta' Ottubru 2003, il-Papa Ġwanni Pawlu II iddikjaraha Beata. Il-messaġġ tagħha huwa dejjem attwali: li kulħadd ifittex il-Kalkutta tiegħu, li tinsab ukoll fit-toroq ta’ l-Oċċident sinjur, fir-ritmu frenetiku ta’ l-ibliet tagħna. “Tista’ ssib Kalkutta fid-dinja kollha jekk għandek għajnejn biex tara. Kull fejn hemm persuni mhux maħbuba, li ma jridhom ħadd, imwarrbin u minsijin minn kulħadd”.
L-ulied spiritwali tagħha għadhom jaqdu lill-“ifqar fost il-fqar” fl-orfanotrofji, fil-lebbrożarji, fid-djar ta’ l-anzjani, ommijiet xebbiet, u moribondi. B’kollox qegħdin 5000 f’madwar 600 dar imferrxin madwar id-dinja. “Meta mmut – kienet tgħid hi –, inkun nista’ ngħinkom iktar…”
Premju Nobel
Il-Kumitat Nobel Norveġiż ippremja l-Premju Nobel għall-Paċi għall-1979 lil Madre Tereża.
Tletin sena ilu, il-madre Omm Teresa ħalliet il-post tat-tagħlim tagħha fl-iskola tal-bniet Kattolika Rumana f'Kalcutta sabiex tiddedika l-ħajja tagħha biex taħdem fost l-ifqar fost il-foqra fil-kwartieri fqar ta' dik il-belt.
L-ordni Kattolika Rumana li tagħha issa hi l-kap fl-aħħar snin estendiet l-attivitajiet tagħha biex tinkludi għadd ta' bliet Indjani oħra u partijiet oħra tad-dinja.
Meta għamel l-għotja, il-Kumitat Nobel Norveġiż esprima r-rikonoxximent tiegħu tal-ħidma ta' Madre Tereża biex iġġib għajnuna biex tbati l-umanità. Din is-sena d-dinja tatha l-attenzjoni tagħha fuq il-qagħda mwiegħra tat-tfal u r-refuġjati, u dawn huma preċiżament il-kategoriji li għaliha Madre Tereża ilha għal ħafna snin ħarġiet hekk.
Il-Kumitat għamel enfasi speċjali fuq l-ispirtu li ispira l-attivitajiet tagħha u li hija l-espressjoni tanġibbli ta 'l-attitudni personali u l-kwalitajiet umani tagħha.
Karatteristika tal-ħidma tagħha kienet ir-rispett għall-bniedem individwali, għad-dinjità tiegħu u għall-valur intrinsiku tiegħu. L-iktar solitarju, l-aktar żvantaġġuż u l-mewt, f'idejh, irċivew il-kompassjoni mingħajr kundanna, ibbażata fuq reverenza għall-bniedem.
Fil-każ ta' Madre Tereża, din il-filosofija bażika tal-ħajja hija msejsa sew fil-fidi nisranija tagħha. F'C Calcutta u bnadi oħra, hija nkludiet l-għajnuna ta' assistenti minn denominazzjonijiet reliġjużi oħra. Hija ġiet rikonoxxuta wkoll mill-awtoritajiet Indjani u mis-Segretarju Ġenerali Asjatiku tan-Nazzjonijiet Uniti, l-U Thant Buddista.
Din mhix l-ewwel darba li l-Kumitat Nobel Norveġiż ta l-Premju għall-Paċi għax-xogħol imwettaq fil-ġlieda biex jingħeleb il-faqar u d-dwejjaq fid-dinja, li jikkostitwixxu wkoll theddida għall-paċi. Huwa rċieva l-Premju tal-Paċi liċ-ċampjins tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li ġġieldu għall-ugwaljanza razzjali.
Fl-għajnejn tal-Kumitat Nobel Norveġiż, l-isforzi kostruttivi biex jitneħħew il-ġuħ u l-faqar, u biex tkun żgurata għall-bnedmin aktar sikuri u komunità dinjija aħjar li fiha jiżviluppaw, għandhom ikunu ispirati mill-ispirtu ta' Madre Teresa, b'rispett għall-valur u id-dinjità tal-bniedem individwali.
from Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 4th September 2019
*************************************************************
SMILE
MY FIRST LOVE
... Saint Teresa of Calcutta knew what she was talking about when she said:"...just do it anyway !"
http://medjugorjemalta.blogspot.com.mt/2016/01/saint-mother-teresa-of-calcutta-knew.html
.