blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 05/27/12

Sunday, May 27, 2012

TALBA LIT-TRINITÀ QADDISA - IL-MISSIER, L-IBEN U L-ISPIRTU S-SANTU

 

TALBA LIT-TRINITÀ QADDISA   

IL-MISSIER, L-IBEN U L-ISPIRTU S-SANTU


 

Missier hanin, Alla ta’ mhabba bla qies, f’gieh Ibnek il-Wahdieni li sar ghalina bniedem bhalna, ghex fostna, bata, miet u rxoxta ghas-sahha u l-fidwa taghna, u bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu dawl u tama taghna, isma’ nitolbuk it-talb umli taghna, ahna midinbin niedma, u aghti:-
 
Il-fejqan lil min hu marid u s-sahha lil min idur bil-morda; il-ferh u l-hajja lill-anzjani, u l-hlewwa u s-sabar lili min jiehu hsiebhom; il-hila u t-tjieba lit-tobba li jfejquna, u lil kull min ghandu xi professjoni ohra fil-hajja ghas-servizz taghna; it-tama lil min qata’ xi ftit qalbu mis-soluzzjonijiet li joffru l-bnedmin; il-helsien veru u l-bidla lil dawk li jinsabu f’xi facilita’ korrettiva, u l-imhabba lil dawk li jghinu lil persuni b’xi dizabilita’. Lil dawk li waslu fl-ahhar jiem tal-hajja, aghtihom il-farag ta’ mewta tajba, u lill-ohrajn li diga hallewna u ltaqghu mal-hniena tieghek, aghtihom nitolbuk il-mistrieh ta’ dejjem.
 
Ieqaf, O Alla taghna, mal-Knisja tieghek, mal-Papa, l-Isqfijiet, u s-Sacerdoti, kif ukoll ma’ l-erwieh ghalik ikkonsagrati. Sahhah il-fidi taghna l-imghammdin u heggeg lil dawk hutna impenjati ghalik. Bierek lil Malta u ‘l Ghawdex taghna u l-isqfijiet li jmexxu dawn id-djocesijiet gheziez taghna. Bierek lil President, lill-Parlament, lill-qrati, lill-partiti, u l-ghaqdiet kollha taghna. Kattar fostna l-ghaqda u s-sliem u zomm ‘l boghod minna kull forma ta’ mard, guh, dizgrazzji, glied u firda. Sahhah fil-ghaqda u l-ferh lill-familji kollha taghna u ara lill-familja maltija tibqa’ dejjem dak li kienet ….il-familja nisranija.
 
Saffi l-imhabba ta’ bejn l-gharrajjes u l-mizzewgin; kabbar fihom il-hila tad-djalogu u l-ftehim, ftehim bejniethom, ma wliedhom, ma qrabathom, u mal-girien taghhom biex jaghrfu jghixu fil-paci u jghinu fis-sahha ta’ xulxin. Regga lura ghall-mahfra u l-ftehim lil dawk kollha miggieldin, u ghaqqad mill-gdid lill-mifrudin. Ibghat trabi b’sahhithom lil dawk li m’ghandhomx u aghti s-sahha lil ommijiet tqal biex iwasslu sa l-ahhar u jwelldu fil-ferh meta jaslilhom il-waqt Kun ma’ dawk il-genituri li jhossuhom ddisappuntati. Kattar il-fidi, it-tama u l-imhabba fill-mizzewgin godda u ehlishom mill-bizgha tal-futur.
 
Mulej, Alla taghna, aghtina hafna vokazzjonijiet tajbin u zommhom shah fis-sejha sa’ l-ahhar. Ieqaf mas-sacerdoti taghna biex jamministrawlna s-Sagramenti u l-Liturgija bil-qalb u jwasslulna l-Kelma tieghek bil-kuragg b’mod car u prattiku. Ahfer lil min hu niedem u igbed lejn qalbek lil midinbin kollha. Wassal ghall-qdusija lil dawk kollha li jridu jhobbuk u jaqduk bla qies u bla ebda kundizzjoni. Aghmel kuragg lit-tajbin biex ma jibzghux jixhduk quddiem kulhadd. Aghti s-serhan lil min hu mifni bit-tigrib, bit-tentazzjonijiet, bl-iskrupli, u ixghel dawl gdid lil min tilef il-fidi, tbieghed mill-Knisja u ma jridx jaf aktar bik.
 
Filwaqt li norbtu r-rieda taghna mar-rieda qaddisa tieghek, ilqa’ nitolbuk Mulej it-tifhir ckejken taghna u t-tajjeb zghir u l-gid li llum stajna ghamilna mal-proxxmu taghna ghalik. Ohloq ix-xoghol ghal min hu qieghed, jew li xoghol ghandu fiti. Bieghed lill-haddiema taghna minn kull dizgrazzja u minn kull inkwiet bla bzonn fuq ix-xoghol, l-aktar lil dawk li jkollhom jahdmu fil-periklu biex jaqdu lilna u lill-pajjiz, u lil dawk li jkollhom ukoll jiccahdu mill-mistrieh tal-hadd u tal-Festi biex ikomplu is-servizz taghhom ghall-htigijiet taghna. Mulej ipporvdi ghixien xieraq lil min mhux ilahhaq mal-hajja, ara Int il-problemi taghna u aghtina Int is-soluzzjoni ghalihom.
 
Liz-zghar u liz-zghazagh taghna, kabbarhom fil-ferh, fis-sahha, fit-tieba u fit-twemmin. Ghin ukoll lill-istudenti taghna u ‘l min jghallimhom biex jirnexxu fl-ezamijiet u jimxu ‘l quddiem fil-hajja. Ibghat Int sieheb tajjeb jew siehba tajba lil min qed ifittex l-imhabba fil-fidi u fis-sewwa. Lil min ihossu wahdu, ibghatlu hbieb tajba u li fihom isib tezor u jressquh lejk. Sabbar lir-romol kollha kif ukoll lil dawk li tilfu lil xi hadd ghaziz ghalihom u li huma kienu tant habbew.
 
Nehhi, O Alla, minn mohh kulhadd il-hsibijiet koroh tal-qtil, tal-abort, tal-ewtenasja, tas-serq, tad-divorzju, ta’ l-infedelta’, u ta’ kull dnub u ta’ kull hazen iehor. Nitolbuk trazzan lix-xitan u taghti qawwa kbira lil kull min hu ivvizzjat biex jaghmel rebha shiha fuq il-vizzju tieghu, rebha fuq id-droga, id-dagha, ix-xorb, il-loghob ghall-flus, is-sess barra minn postu, it-tipjip bla qies, u l-bqija. Aghti nitolbuk Mulej, nifs gdid lil min saritlu xi ingustizzja fil-hajja, min kien imwarrab, imweggha, malafamat, imsawwat jew ukoll gie abbuzat. Ferrah lil min mhux ikkalkolat jew mhux apprezzat, lil min hu mifhum hazin jew mitluq u abbandonat.
Ghin lil dawk kollha li jiehdu post il-genituri fit-trobbija tat-tfal, fosthom dawk in-nanniet, ir-religjuzi, u l-ghaqdiet taghna li joffru dan is-servizz. Ipprovdi edukazzjoni tajba ghal kulhadd.
 
U int, o Marija, Qaddejja tar-rieda t’Alla u Ghajnuna taghna l-Insara, ghina naghrfu r-rieda t’Alla w ghallimna naghmluha u nhallu f’idejh. Missier, jekk jista’ jkun bieghed minna dan il-kalci, dan is-salib; ghalik, Missier, kollox jista’ jkun u m’hemm xejn li ma’ jistax ikun, b’dankollu, mhux dak li rridu ahna, ‘ma biss dak li trid Int, Missier, ikun fina dejjem maghmul! Ammen.


Miktuba minn Dun Frans Zammit, Salesjan ta’ Dun Bosco, bis-sehem tas-semmiegha tieghu fuq Radju Marija – 2008. Tinkiseb mill-Librerija Taghlim Nisrani, 81, Dingli Street, Sliema.
http://www.salesjani.org/content/talba_lit_trinita_qaddisa_il_missier_l_iben_u_l_ispirtu_s_santu





.


Receive the Holy Spirit

.






.