blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 05/03/14

Saturday, May 03, 2014

"Għall-familja, mhux spejjes tal-familja!" San Ġwanni Pawlu II

Silta mill-Omelija li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel lill-familji fil-mixja Neo-Katekumenali ,

"Jekk għandna nitkellmu dwar tiġdid dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana, anzi tal-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn hawn, minn din il-missjoni.
Knisja Mqaddsa ta' Alla, inti ma tistgħax tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistgħax twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u l-missjoni tagħha. Aħna mgħaddsin permezz tas-Sagrament tal-ilma u l-Ispirtu s-Santu, mgħaddsin f'dan il-misteru tal-Għid ta' Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Aħna mgħaddsin biex insibu il-milja tal-ħajja. U dik il-milja rridu nsibuha fid-dimensjoni tal-persuna, imma fl-istess ħin fid-dimensjoni tal-familja, komunjoni tal-persuni. U dan biex twassal, biex tnebbaħ, b'dan it-tiġdid ta' ħajja l-ambjenti differenti; is-soċjetajiet, il-popli, il-kulturi, il-ħajja soċjali, il-ħajja ekonomika, dan kollu.

Dan kollu għall-familja, iva! Intom għandkom tmorru mad-dinja kollha biex ittennu lil kulħadd, "Għall-familja mhux spejjes tal-familja"



Il-Madonna tal-Għar - Kunvent Dumnikani, Rabat Malta - Our Lady of the Grotto - Feast celebrated at Rabat Malta on 3rd Sunday after Easter.

Feast celebrated at Rabat Malta on 3rd Sunday after Easter