blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 05/02/14

Friday, May 02, 2014

May 3 - Feast of St Philip & St James, Apostles - Jn 14:6-14 - San Filep u San Gakbu, Festa - 3 ta' Mejju



[Ġw:14:6] Wieġbu Ġesù (lil Tumas): "Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. [Ġw:14:7] Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa 'l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh." Ġw:14:8] Qallu Filippu: "Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina." Ġw:14:9] Ġesù wieġeb: "Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier. Kif tgħidli, 'Urina l-Missier'? [Ġw:14:10] Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu. [Ġw:14:11] Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier huwa fija. Jekk m'hux għal ħaġ'oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess. [Ġw:14:12] Tassew tassew ngħidilkom, min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad jagħmel, għax jiena sejjer għand il-Missier. [Ġw:14:13] U jekk titolbu xi ħaġa f'ismi jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun igglorifikat permezz ta' Ibnu. [Ġw:14:14] Iva, jekk titolbuni xi ħaġa f'ismi, jiena nagħmilha.

ADORATION - "ALWAYS WITH YOU" - even when I feel abandoned... _"Aunque todos... ¡Nosotras No!_Carmelitas Valladolid-Campo Grande