blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 08/08/14

Friday, August 08, 2014

Il-Persekuzzjoni (Atti 5,17-32) (Fr. Hayden Williams OFM Cap)


http://www.laikos.org/Bibbja-TG.htm




L-appostli ppersegwitati

[Atti:5:17] Mbagħad qam il-qassis il-kbir u sħabu kollha mill-partit tas-Sadduċej, u, mimlija bl-għira [Atti:5:18] meddew idejhom fuqhom u xeħtuhom fil-ħabs pubbliku. [Atti:5:19] Iżda billejl anġlu tal-Mulej fetaħ il-bibien tal-ħabs, ħariġhom barra u qalilhom: [Atti:5:20] "Morru fit-tempju, u xandru lill-poplu kull ma għandu x'jaqsam ma' din il-ħajja." [Atti:5:21] Huma semgħu minnu, u filgħodu kmieni daħlu fit-tempju u bdew jgħallmu. Mbagħad ġie l-qassis il-kbir flimkien ma' sħabu, sejjaħ laqgħa tas-Sinedriju, il-Kunsill kollu tax-xjuħ ta' Iżrael, u bagħat iġib l-appostli mill-ħabs. [Atti:5:22] Il-qaddejja marru, u ma sabuhomx fil-ħabs; u reġgħu lura bl-aħbar [Atti:5:23] u qalulhom: "Il-ħabs sibnieh imsakkar tajjeb, u l-għassiesa kienu ħdejn il-bibien. Iżda xħin ftaħna, ma sibna lil ħadd hemm ġew." [Atti:5:24] Għal din l-aħbar  il-kmandant tat-tempju u l-qassisin il-kbar baqgħu mħassbin fuqhom u fuq x'sata' ġara. [Atti:5:25] Mbagħad ġie xi ħadd jgħidilhom: "Dawk li intom xħettu fil-ħabs qegħdin fit-tempju jgħallmu 'l-poplu." [Atti:5:26]  Il-kmandant tat-tempju mar għalihom mal-qaddejja u ġiebhom miegħu, iżda mhux bil-forza, għax kienu jibżgħu li l-poplu jħaġġarhom.
[Atti:5:27] Daħħluhom u ressquhom quddiem is-Sinedriju. U l-qassis il-kbir [Atti:5:28] qalilhom: "Aħna għednielkom fuq li għednielkom biex ma tgħallmux fuq dan l-isem. U araw, issa mlejtu 'l Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom, u tridu titfgħu fuqna l-ħtija ta' demm dan il-bniedem!" [Atti:5:29] Iżda Pietru, flimkien ma' l-appostli, wieġeb u qal: "Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-bnedmin. [Atti:5:30] Alla ta' missirijietna qajjem lil Ġesù li intom qtiltuh billi dendiltuh ma' għuda. [Atti:5:31] Alla għollieh bil-leminija tiegħu u għamlu kap u salvatur, biex jagħti lil Iżrael l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet. [Atti:5:32] U ta' dan kollu hawn xhieda aħna flimkien ma' l-Ispirtu s-Santu li Alla ta lil dawk li jobduh."

Il-Persekuzzjoni (Atti 5,17-32) (Fr. Hayden Williams OFM Cap)



.