blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 02/21/22

Monday, February 21, 2022

February 20 - The Saints of Fatima - Saint Jacinta And Francisco

 


Archbishop of Malta, Charles J. Scicluna celebrated Holy Mass in Maltese at the Shrine of Our Lady of Fatima, Gwardamanġa, Malta



Quddiesa tal-Ħadd f'jum il-festa tal-Qaddisin ta' Fatima - 20 ta' Frar 2022  https://youtu.be/34lgD62y5QY


Il-Qari fl-20 ta' Frar, 2022


Is-Seba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena C

 Qari I

Il-Mulej telqek f’idejja llum, imma jien ma ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej.

1 Sam 26:2,7-9,12-13,22-23

 

Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel

 F’dak iż-żmien, Sawl qam u niżel lejn id-deżert ta’ Żif, u miegħu ħa tlitt elef raġel magħżula minn Iżrael, ifittex lil David fid-deżert ta’ Żif. U ġie David u Abisaj ħdejn l-eżerċtu billejl, u Sawl kien mimdud u rieqed f’nofs il-kamp, u l-lanza tiegħu kienet imwaħħla fl-art in-naħa ta’ rasu; u Abner u n-nies tiegħu mimdudin madwaru. U Abisaj qal lil David: “Illum il-Mulej reħa l-għadu tiegħu f’idejk, ħa nsammru mal-art b’daqqa waħda bil-lanza tiegħu stess, bla ma nagħtih oħra”. Imma David wieġeb lil Abisaj: “La toqtlux! Għax min qatt medd idu fuq il-midluk tal-Mulej, u ħelisha?”David ħa l-lanza u l-ġarra tal-ilma minn ħdejn ras Sawl u telqu, bla ma ħadd rahom jew intebaħ, u bla ma ħadd stenbaħ, għax kollha kienu reqdin, u ngħas tqil waqa’ fuqhom mingħand il-Mulej. David imbagħad qasam għan-naħa l-oħra u qagħad fuq il-quċċata tal-għolja fil-bogħod, b’wisa’ kbir bejniethom. U David għajjat: “Hawn hi l-lanza tas-sultan, ħa jiġi ’l hawn wieħed mill-qaddejja u jeħodha! Il-Mulej irodd lil kull wieħed skont il-ġustizzja tiegħu u l-lealtà tiegħu. Il-Mulej telqek f’idejja llum, imma jien ma ridtx immidd idejja fuq il-midluk tal-Mulej”.


Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Salm Responsorjali

Salm 102(103):1-2,3-4,8,10,12-13

 

R/.(8a) Ħanin u twajjeb il-Mulej.

 

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!

B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,

u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek. R/.

 

Hu li jaħfer dnubietek kollha;

ifejjaq il-mard tiegħek kollu;

jifdi lil ħajtek mill-qabar;

iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena. R/.

 

Ħanin u twajjeb il-Mulej,

idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.

Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna;

ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna. R/.

 

Daqskemm hu mbiegħed il-Lvant mill-Punent,

hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.

Bħalma jħenn il-missier għal uliedu,

hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu. R/.

 

Qari II

Għad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema.

1 Kor 15:45-49

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

 Ħuti, l-ewwel bniedem, Adam, sar ruħ ħajja, l-aħħar wieħed sar spirtu li jagħti l-ħajja. Mhux l-ispiritwali ġie l-ewwel, imma l-ewwel in-naturali u mbagħad l-ispiritwali. L-ewwel bniedem, mit-trab, hu tal-art; it-tieni bniedem, mis-sema. Bħalma hu l-bniedem tal-art, hekk ukoll huma l-bnedmin tal-art; bħalma hu l-bniedem tas-sema, hekk ukoll huma l-bnedmin tas-sema. Bħalma aħna mlibbsa x-xbieha tal-bniedem tal-art, hekk ukoll għad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema.

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Irroddu ħajr lil Alla.

 

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Ġw 13:34

Hallelujah. R/. Hallelujah.

Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej;

bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.

R/. Hallelujah.

 Evanġelju

Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.

Lq 6:27-38

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

 F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura. Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom. Jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jista’ jkollkom? Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom. U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmel il-ġid lilkom, xi ħlas jista’ jkollkom? Għax dan jagħmluh saħansitra l-midinbin. U jekk tisilfu xi ħaġa lil min tistennewh iroddhielkom lura, xi ħlas jista’ jkollkom? Il-midinbin ukoll jisilfu lill-midinbin, bil-ħsieb li jieħdu lura daqshekk ieħor mingħandhom.

Imma intom ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir; u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u l-ħżiena. Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra; agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”.

Il-Kelma tal-Mulej.

R/. Tifħir lilek, Kristu.


===================

Homily:

The Archbishop asks: How should we treat our enemies?





Qari tal-Quddiesa --- Il-Quddiesa (laikos.org) ---




.