blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 18th Dec -- Mt 1:18-24 -- Joseph Accepts Jesus as His Son - .......It-t...

Friday, December 21, 2012

18th Dec -- Mt 1:18-24 -- Joseph Accepts Jesus as His Son - .......It-t...


http://www.youtube.com/watch?v=9IA0C0IxKiM
It-twelid ta' Ġesù Kristu
(Lq 2,1-7)
[Mt:1:18] It-tnissil ta' Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma' Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. [Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. [Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: "Ġużeppi, bin David, xejn la tibża' tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu  s-Santu. [Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.
"[Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:
  [Mt:1:23] 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El',
Li bi lsienna jfisser 'Alla magħna'. [Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.

No comments: