blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 04/07/17

Friday, April 07, 2017

VIA MATRIS: Thursday evening in the Fifth Week of Lent, before FRIDAY dedicated to Our Lady of Sorrows ID-DULURI --- A Week before Good Friday.



- Thursday evening of week 5 of Lent
( before Friday - Our Lady of Sorrows - ID-DULURI )

QARI
Il-Ħames Ġimgħa tar-Randan
Il-Ħamis
Qari I
Nagħmel minnek missier ħafna ġnus.
Ġen 17, 3-9
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi
F’dak iż-żmien, Abram inxteħet wiċċu fl-art, u Alla kellmu u qallu:
“Hawn jien. Ara l-patt tiegħi miegħek:
Int tkun missier ta’ ħafna ġnus.
U ma tissejjaħx aktar Abram,
imma Abraham ikun ismek,
għax missier ħafna ġnus nagħmel minnek.
U jiena nkattrek fuq li nkattrek, u nagħmel minnek ġnus sħaħ, u slaten joħorġu minnek. U jien nagħmel il-patt tiegħi bejni u bejnek, bejni u bejn nislek warajk skont il-ġenerazzjonijiet tagħhom, patt għal dejjem, li nkun Alla tiegħek u ta’ nislek għal dejjem warajk. U jien nagħti lilek u lil nislek l-art fejn int frustier, l-art kollha ta’ Kangħan, biex tkun tiegħek għal dejjem, u jiena nkun Alla tagħhom”. U Alla żied jgħid lil Abraham: “U int iżżomm il-patt tiegħi, int u
nislek warajk, skont il-ġenerazzjonijiet tagħhom”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 104 (105), 4-5.6-7.8-9
R/. (8a): Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu
Ħabirku biex tagħrfu l-Mulej u l-qawwa tiegħu,
fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.
Ftakru fil-ħwejjeġ kbar li għamel,
fl-għeġubijiet u l-ġudizzji tiegħu. R/.
Nisel Abraham, il-qaddej tiegħu,
ulied Ġakobb, il-maħtur tiegħu,
Jaħweh hu Alla tagħna!
Mal-art kollha l-ġudizzji tiegħu! R/.
Jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu,
fil-kelma li ta għal elf nisel,
fil-patt li għamel ma’ Abraham,
fil-wegħda li ħalef lil Iżakk. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Salm 94 (95), 8ab
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Illum la twebbsux qalbkom,
iżda isimgħu leħen il-Mulej.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi.
Ġw 8, 51-59
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud:Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu. Inti x’taħseb li int?”. Wieġeb Ġesù: “Li kieku kelli nagħti glorja lili nnifsi, il-glorja tiegħi ma kienet tkun tiswa xejn. Imma dak li lili qiegħed jagħtini l-glorja huwa l-Missier, dak li intom tgħidu li hu Alla tagħkom, u madankollu ma għaraftuhx. Imma jiena nafu, u kieku kelli ngħid li ma nafux, kont inkun giddieb bħalkom. U mhux biss nafu, imma wkoll inħares il-kelma tiegħu. Missierkom Abraham qabeż bil-ferħ għall-ħsieb li kien se jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ”.
Qalulu l-Lhud: “Għadek anqas għalaqt il-ħamsin u rajt lil Abraham?”. Qalilhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham, jiena hu”. Għalhekk il-Lhud qabdu l-ġebel biex iwaddbuhulu; imma Ġesù nħbielhom u ħareġ mit-tempju.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


=========================



VIA MATRIS - Way of the Mother 
- a set of seven stations, marking the seven sorrows of the Virgin Mary.


Excerpts from the Catechism of the Catholic Church in Maltese (2014 edition) are included in the contemplative booklet of meditations in Maltese -
VIA MATRIS - Il-mixja tat-tiġrib kif għexitha - by Josef Sciberras OSA




============



http://www.liturgies.net/saints/mary/viamatris/viamatris.htm






Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - KKK_mt_2014.pdf  - paġna 220

529 Il-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju (ara Lq 2,22-29)turi li bħala l-ewwel imwieled hu tal-Mulej (ara Eż 13,12-13). Ma’ Xmun u Anna, dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Iżrael imorru għal-laqgħa mal-Feddej (hekk issejjaħ din il-ġrajja t-tradizzjoni Biżantina). Ġesù jingħaraf bħala l-Messija mistenni, “dawl biex idawwal il-ġnus” u “glorja tal-poplu ta’ Iżrael”, iżda wkoll “sinjal li jmeruh”. Is-sejf ta’ niket imħabbar lil Marija hu tħabbira ta’ offerta oħra, perfetta u waħdanija, tal-offerta tas-salib li jagħti s-salvazzjoni, li Alla “ħejja għall-popli kollha”.




*******






Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 220

530 Il-ħarba fl-Eġittu u l-istraġi tal-innoċenti (ara Mt 2,13-18) juru l-oppożizzjoni bejn id-dawl u d-dlamijiet: “ġie f’daru, u niesu ma laqgħuhx” (Ġw 1,11). Il-ħajja kollha ta’ Kristu se tkun taħt is-sinjal tal-persekuzzjoni. Dawk li huma tiegħu jaqsmu dan miegħu (ara Ġw 15,20). It-tluq mill-Eġittu (ara Mt 2,15) jfakkar l-Eżodu (ara Hos 11,1) u juri ’l Ġesù bħala l-ħellies definittiv.


Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 221

532 Is-sottomissjoni ta’ Ġesù lejn ommu u lejn il-missier legali tiegħu twettaq ir-raba’ kmandament fil-perfezzjoni tiegħu. Hi xbieha taż-żmien tal-ubbidjenza tal-Iben għar-rieda tal-Missier tas-sema. Is-sottomissjoni ta’ Ġesù, jum wara l-ieħor, għar-rieda ta’ Ġużeppi u ta’ Marija tħabbar u turi minn qabel is-sottomissjoni tiegħu waqt it-talb fl-Ort: “Tkun magħmula r-rieda tiegħek, u mhux tiegħi ...” (Lq 22,42). L-ubbidjenza ta’ Ġesù, jum wara jum, tul il-ħajja moħbija tat bidu għat-twaqqif ġdid ta’ dak li d-diżubbidjenza ta’ Adam kienet ġarrfet (ara Rum 5,19).



*******





Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 222

534 Is-sejba ta’ Ġesù fit-Tempju (ara Lq 2,41-52) hu l-uniku fatt li jikser is-skiet tal-Evanġelji dwar is-snin moħbija ta’ Ġesù: Ġesù jħallina naraw ftit il-Misteru tal-konsagrazzjoni sħiħa tiegħu għall-missjoni li kienet ġejja mill-fatt li hu Bin Alla. “Ma tafux li jien għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?” (Lq 2,49): Marija u Ġużeppi dan il-kliem “ma fehmuhx”, imma laqgħuh bil-fidi, u Marija “kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha” (Lq 2,51), tul is-snin kollha li fihom Ġesù kien moħbi fis-skiet ta’ ħajja ordinarja.




*******





Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 378

967 Il-Verġni Marija, għax intrabtet kollha kemm hi mar-rieda tal-Missier, fl-opra tal-Fidwa ta’ Ibnu u ma’ kull ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, hi għall-Knisja eżempju ta’ fidi u ta’ mħabba. Minħabba f’hekk, hi l-membru l-aktar għoli, u għal kollox singulari tal-Knisja”320; hi “xbieha” tal-Knisja.321

968 Iżda l-ħidma tagħha mal-Knisja u mal-ġens kollu tal-bnedmin hi aktar minn hekk. “Hi ssieħbet b’mod tassew singulari mal-opra tal-Feddej, bl-ubbidjenza tagħha, bil-fidi tagħha, bit-tama tagħha, bl-imħabba kollha ħeġġa tagħha biex mill-ġdid tingħata l-ħajja sopranaturali lill-erwieħ; hu għalhekk li hi għalina Omm ukoll fl-ordni tal-grazzja.322




*******






Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 291

721 Marija, l-Omm qaddisa ta’ Alla u dejjem Verġni, hi l-aqwa opra tal-missjoni tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu fil-milja taż-żminijiet. Għall-ewwel darba fil-Pjan tas-salvazzjoni, il-Missier sab, għax ħejjieha l-Ispirtu s-Santu, għamara fejn Ibnu u l-Ispirtu s-Santu setgħu jgħammru fost il-bnedmin. Hu f’dan is-sens li t-Tradizzjoni tal-Knisja taqra b’riferenza għal Marija l-isbaħ siltiet dwar l-Għerf (ara Prov 8,1 – 9,6; Sir 24). Il-Liturġija fil-kant tagħha turi lil Marija bħala “Tron tal-Għerf”.

Fiha bdew jidhru “l-għeġubijiet ta’ Alla” li l-Ispirtu kiense jagħmel fi Kristu u fil-Knisja.

722 L-Ispirtu s-Santu ħejja lil Marija bil-grazzja tiegħu. Kien jaqbel li tkun “mimlija bil-grazzja” omm ta’ Dak li “fih hemm tgħammar il-milja sħiħa tad-divinità fil-ġisem” (Kol 2,9). Hu biss bil-qawwa tal-grazzja li Marija tnisslet ħielsa minn kull dnub, bħala l-iċken fost il-ħlejjaq kollha, u l-aqwa waħda biex tilqa’ fiha d-Don tal-għaġeb ta’ Dak li jista’ kollox. Bir-raġun kollu għalhekk l-Anġlu Gabrijel sellmilha bħala “Bint Sijon”: “Ifraħ” (ara Sof 3,14; Żak 2,14). Hu r-radd ta’ ħajr tal-Poplu kollu ta’ Alla, u għalhekk tal-Knisja, li Marija twassal lill-Missier fl-Ispirtu s-Santu bil-kantiku tagħha (ara Lq 1,46-55) meta kienet iġġorr f’ġufha Bin il-Missier etern.




*******



Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 376

964 Il-ħidma ta’ Marija favur il-Knisja ma tistax tinfired millgħaqda tagħha ma’ Kristu għax toħroġ direttament minnha. “Din l-għaqda ta’ Marija ma’ Binha fl-opra tas-salvazzjoni tidher sa mill-mument tat-tnissil verġinali ta’ Kristu u tibqa’

paġna 377
sal-mewt tiegħu”.314 B’mod partikulari tidher fis-siegħa tal-Passjoni tiegħu:

Il-Verġni Marija mxiet ’il quddiem fil-mixja tagħha tal-fidi, u żammet bil-fedeltà kollha r-rabta tagħha ma’ Binha sas-salib, u ħdejn issalib, wieqfa – f’dan ma kienx nieqes il-ħsieb ta’ Alla – u ssieħbet bil-qawwa kollha fit-tbatijiet u s-sagrifiċċju ta’ Binha l-Waħdieni b’qalb ta’ omm, hija u taċċetta bl-imħabba kollha li dak li hi nisslet ikun il-vittma
għas-sagrifiċċju u fl-aħħar nett ingħatat minn Binha stess qiegħed imut fuq is-salib, bħala omm lid-dixxiplu b’dan ilkliem: “Mara, hawn hu ibnek”
(Ġw 19,26-27).315




*******



Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika - paġna 254

624 “Għall-grazzja ta’ Alla, il-mewt li daq tkun għall-ġid ta’ kulħadd” (Lh 2,9). Fil-pjan tiegħu tas-salvazzjoni, Alla ried li Ibnu mhux biss imut għall-dnubietna (ara 1 Kor 15,3),

paġna 255

imma riedu wkoll “iduq il-mewt”, jiġifieri jagħraf il-qagħda tal-mewt, il-qagħda tal-firda tar-ruħ mill-ġisem, mill-mument tal-aħħar nifs tiegħu fuq is-salib sal-mument tal-qawmien mill-imwiet. Din il-qagħda ta’ Kristu mejjet hi l-Misteru tad-difna fil-qabar u tal-inżul tiegħu bejn l-imwiet. Hu l-Misteru tas-Sibt imqaddes tal-Għid meta Kristu midfun fil-qabar (ara Ġw 19,42) iħabbar il-mistrieħ kbir tas-Sibt ta’ Alla (ara Lh 4,7-9), wara li tintemm (ara Ġw 19,30) is-salvazzjoni tal-bnedmin kollha u jkun hemm is-sliem fis-sema u l-art (ara Kol 1,18-20).

Kristu fil-qabar b’ġismu

625 Il-qagħda ta’ Ġesù fil-qabar torbot sewwa l-istat ta’ tbatija ta’ Kristu qabel l-Għid mal-istat glorjuż tiegħu ta’ issa bħala Rxoxt. Hu l-istess persuna tal-“Ħaj” li jista’ jgħid: “Jien kont mejjet, u ara, jien issa ħaj għal dejjem ta’ dejjem” (Apok 1,18).

Alla (l-Iben) ma żammx il-mewt milli tifred ir-ruħ mill-ġisem, skont l-ordni meħtieġ tan-natura, imma issa reġa’ għaqqadhom flimkien bil-Qawmien mill-imwiet, biex ikun hu stess fil-Persuna tiegħu l-imkien fejn jiltaqgħu l-mewt u l-ħajja billi ma jħallix ikompli sejjer fih it-taħsir tan-natura li ġġib il-mewt u b’hekk ikun hu l-għajn tal-għaqda flimkien taż-żewġ elementi li nfirdu minn xulxin.109



****************************



The Seven Sorrows of Mary - Our Lady of Sorrows  





Salve Regina



 =============================
 

 Quddiesa f'Jum id-Duluri mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta - 26 ta' Marzu 2021, 5:30pm

https://www.youtube.com/watch?v=xMae6QhmksU
 
 
 
 
 
 


 The new statue from March 2018 at Saint Paul's Bay Parish Church for the Devotional Procession of Our Lady of Sorrows in St Paul's Bay, Malta, on Friday evening of week 5 of Lent


************


Litanija ta’ l-Addolorata
fil-Parrocca SPB
1

Mulej hniena
Kristu hniena
Mulej hniena
Kristu ismaghna
Kristu, ilqa’ t-talb taghna
Missier Etern Alla
Iben Alla li fdejt id dinja
Spirtu Qaddis Alla
Trinita Qaddisa Alla wiehed
Imqaddsa Marija
Imqaddsa Omm Alla
Imqaddsa xbejba tax-xbejbiet
Omm imsallba
Omm imnikkta
Omm imbikkijja
Omm li titniehed
Omm b’qalbek imwegggha
Omm f’bahar ta’ dwejjaq
Omm imdawwra b’kull tigrib
Omm b’qalbek bis-sejf minfuda
Omm minn ibnek imcahhda
Int li tibki u tolfoq
Int Omm tad-Duluri
Int, ghajn tad-dmugh
Int, imgarrba bit-tbatijiet kollha
Int, mera tas-sabar

cont...

Int, blata li ma ticcaqlaqx
Int, ankra tat-tama
Int, medicina ghad-dwejjaq
Int, il-farag ta’ min hu imnikket
Int, il-kenn ta’ dawk li tilfu t-tama
Inti t-tama ta’ dawk li huma oppressi
Inti rebbieha fuq in-nuqqas ta’ twemmin
Inti konsolazzjoni ta’ l-imsejknin
Inti s-sahha tal-morda
Int fejqan tal-mitluqin
Inti, qawwa tad-dghajfin
Inti, harsien ta’ dawk li qed jitqabdu
Inti, port ta’ dawk li se jeghrqu
Inti, li twaqqaf it-tempesti
Inti, is-siehba ta’ dawk li huma mnikktin
Inti, li ghandek jigu dawk li jitniehdu
Int, li tqawwi lil dawk li jgarrbu t-tbatija
Inti, it-tezor ta’ l-insara
Inti, l-imghallma ta’ l-Appostli
Inti, il-mexxejja tal-martri
Inti, id-dawl tal-Konfessuri
Inti, il-Gawhra tal-vergni
Int, il-gwida tal-familji
Inti l-farag tar-romol
Inti, l-hena tal-qaddisin kollha
Int, Patruna tal-Parrocca taghna
Imqaddsa Marija, Inti ‘l ghola fil-qdusija

Haruf t’Alla, li tnehhi d-dnubiet tad-dinja:  Ahfrilna, nitolbuk, Mulej.

Haruf t’Alla, li tnehhi d-dnubiet tad-dinja:  Ismaghna, nitolbuk, Mulej.

Haruf t’Alla li tnehhi d-dnubiet tad-dinja:   Henn ghalina.


V. Itlob ghalina Omm l-Imnikkta

R. Biex jisthoqqilna sehem fil-weghdiet ta’ Kristu.

Nitolbu:  O Alla taghna Hanin, hares harsa lejna, salvana u harisna mid-dwejjaq kollha, bil-qawwa ta’ l-Iben tieghek Gesu Kristu, u ghat-talb ta’ l-imqaddsa Vergni Marija. Ammen.
************



Litany of Our Lady of Seven Sorrows
or from https://www.ewtn.com/devotionals/litanies/7sorrows.htm

Lord, have mercy on us.
Christ, have mercy on us
Lord have mercy on us. Christ, hear us.
God, the Father of heaven,
God the Son, Redeemer of the world, .
God the Holy Spirit,

Holy Trinity, One God
Holy Mary, Mother of God,
Holy Virgin of virgins,
Mother of the Crucified,
Sorrowful Mother,
Mournful Mother,
Sighing Mother,
Afflicted Mother,
Foresaken Mother, .
Desolate Mother,
Mother most sad,
Mother set around with anguish,
Mother overwhelmed by grief,
Mother transfixed by a sword,
Mother crucified in thy heart,
Mother bereaved of thy Son,
Sighing Dove,
Mother of Dolors,
Fount of tears,
Sea of bitterness,
Field of tribulation,
Mass of suffering,
Mirror of patience,
Rock of constancy,
Remedy in perplexity,
Joy of the afflicted,
Ark of the desolate,
Refuge of the abandoned,.
Shiled of the oppressed,
Conqueror of the incredulous,
Solace of the wretched,
Medicine of the sick,
Help of the faint,
Strength of the weak,
Protectress of those who fight,
Haven of the shipwrecked,
Calmer of tempests,
Companion of the sorrowful,
Retreat of those who groan,
Terror of the treacherous,
Standard-bearer of the Martyrs,
Treasure of the Faithful,
Light of Confessors,
Pearl of Virgins, .
Comfort of Widows, .
Joy of all Saints,
Queen of thy Servants,
Holy Mary, who alone art unexampled,
Pray for us, most Sorrowful Virgin, 
Lord, have mercy on us.
Christ, have mercy on us
Christ, graciously hear us.
Have mercy on us.
Have mercy on us.
Have mercy on us.

Have mercy on us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.
pray for us.

 

That we may be made worthy of the promises
of Christ.
Let us pray, --- O God, in whose Passion, according to the prophecy of Simeon, a sword of grief pierced through the most sweet soul of Thy glorious Blessed Virgin Mother Mary: grant that we, who celebrate the memory of her Seven Sorrows, may obtain the happy effect of Thy Passion, Who lives and reigns world without end,
Amen.


The Seven Sorrows of Our Lady

1. The Prophecy of Simeon
2. The Flight into Egypt .
3. The Loss of Jesus in the Temple
4. Mary meets Jesus Carrying the Cross
5. The Crucifixion
6. Mary Receives the Dead Body of Her Son
7. The Burial of Her Son and Closing of the Tomb.


Consecration to Our Lady of Sorrows

Most holy Virgin and Queen of Martyrs, Mary, would that I could be in Heaven, there to contemplate the honors rendered to thee by the Most Holy Trinity and by the whole Heavenly Court! But since I am still a pilgrim in this vale of tears, receive from me, thy unworthy servant and a poor sinner, the most sincere homage and the most perfect act of vassalage a human creature can offer thee.
In thy Immaculate Heart, pierced with so many swords of sorrow, I place today my poor soul forever; receive me as a partaker in thy dolors, and never suffer that I should depart from that Cross on which thy only begotten Son expired for me.
With thee, O Mary, I will endure all the sufferings, contradictions, infirmities, with which it will please thy Divine Son to visit me in this life. All of them I offer to thee, in memory of the Dolors which thou didst suffer during thy life, that every thought of my mind, every beating of my heart may henceforward be an act of compassion to thy Sorrows, and of complacency for the glory thou now enjoyest in Heaven.
Since then, O Dear Mother, I now compassionate thy Dolors, and rejoice in seeing thee glorified, do thou also have compassion on me, and reconcile me to thy Son Jesus, that I may become thy true and loyal son (daughter); come on my last day and assist me in my last agony, even as thou wert present at the Agony of thy Divine Son Jesus, that from this painful exile I may go to Heaven, there to be made partaker of thy glory.
Amen.



&&&&&&&&&&&&





HOMILY - Friday Morning of wk 5 of Lent - Our Lady of Sorrows - Santa Marta Mass, Pope Francis
video published on April 3rd, 2020 (during the coronavirus pandemic)





Friday, week 5 of Lent
Week before Good Friday -
- Our Lady of Sorrows - ID-DULURI


Homily: Compassion of Our Lady




Collect

O God, who in this season
give your Church the grace
to imitate devoutly the Blessed Virgin Mary
in contemplating the Passion of Christ,
grant, we pray, through her intercession,
that we may cling more firmly each day
to your Only Begotten Son
and come at last to the fullness of his grace.
Who lives and reigns with you in the unity of the Holy Spirit, one God, for ever and ever.     



Amen

------------------------------------



2017 -The last time this statue was used,
for the Devotional Procession of Our Lady of Sorrows in St Paul's Bay, Malta, on Friday evening of week 5 of Lent


 
 



















The Gospel in the Holy Mass - Devotional Memorial, celebrated after the Procession of OUR LADY OF SORROWS ends back to the Parish Church




Jn 19:25-27 - His mother, standing close to Jesus crucified - Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib, ommu


- FRIDAY EVENING OF WEEK 5 OF LENT - THE GOSPEL ON THE DEVOTIONAL MEMORIAL OF OUR LADY OF SORROWS - ID-DULURI
- SEPTEMBER 15 - THE GOSPEL ON THE FEAST OF OUR LADY OF SORROWS - STANDING CLOSE TO JESUS ON THE CROSS
 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, [Ġw:19:25] Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu





Holy Mass celebrated on Friday evening - Our Lady of Sorrows - ID-DULURI



Standing at the Foot of the Cross w/ Our Lady





.
===========================================================
===========================================================
 
 
 
 
 
COMPASSION WITH
THE SORROWFUL MOTHER
When the body of the only son of the Blessed Virgin and Mother Mary was placed and enclosed in the tomb, Mary, accompanied by the apostle John, Mary Magdalene and other good women, returned to their home and there spent the night together.
In the quietness of that truly painful night, the Blessed Mother, sleepless because of the vivid impressions left in her mind after the tragic death of her innocent son, relives during that night watch each and every incident that took place before her very eyes during the day: Crowds of people -shouting - a darkened sun - the cross - the nails - the lance - the soldiers -the sponge - a receptacle with vinegar - ropes - the garment split in four pieces - the Centurion - Joseph of Arimathea - Nicodemus - the tomb - the shroud - the inscription - the carrying of the body to the grave - in her arms
the divine body pierced and unrecognisable.
She imagines herself standing once again by her crucified son - she hears him pray for those who had crucified him - she hears him assure heaven to the repentant thief who reproached his companion for insulting Jesus. - she hears her beloved son speak to her as he gives her John for a son and then she hears him address John to take her as his own mother. - She hears him say to his Father: “My God, my God why have you forsaken me?” At these
words of Christ, she watches a soldier place a sponge dipped in vinegar against the lips of Jesus. - She hears her dying son, insulted and in tremendous pain, exclaims: “It is accomplished”.
She hears that great cry: “Father into your hands I commend my spirit”, and she sees him bow his head and die.12
What a terrible night it was for her! She imagines the soldiers breaking the knees of the two thieves crucified on the left and on the right of Jesus, and sees one of the soldiers piercing with a lance the side of Christ and as he pulls it back, blood and water flow out.
She looks at the crowd trembling with fear at the sudden darkness and the earthquake as they strike their chests on their way back home. - Once again she feels in her arms the weight of Jesus’ dead body, covered with wounds.
- She sees Joseph of Arimathea and Nicodemus taking him away from her, anointing him with spices, and enshrouding him. - She joins in the burial procession, like the widow of Nain. - She looks at the tomb stone as it rolls back and hides from her the object of her love. Passing through those same places on her way back home, where she is now, she imagines seeing and hearing everything once more. And you, sinner, can you fail to see how horrible sin is and how much you ought to love this mother through whom we have received our Redeemer and Saviour? Is it possible that after her example you fail to welcome all the sufferings that must necessarily come your way in this life?
PRAYER:
O Blessed Virgin in your power grant that the sufferings and death of Christ, your Son, and your own suffering may not be in vain for me. Amen
 
===================================
 
EŻERĊIZZJU TA’ KOMPASSJONI
MA’ MARIJA WARA L-MEWT TA' ĠESÙ
Kitba ta’ San Ġorġ Preca
Wara li l-Iben waħdieni tal-Verġni Mbierka Marija Santissma ġie mqiegħed, magħluq f'qabar, allura, din flimkien mal-appostlu Ġwanni, ma’ Marija Madalena u mat-twajba nisa l-oħra reġgħet lura f'darha, fejn għaddew il-lejl flimkien.
Fil-ħemda ta’ dak il-lejl tassew ta' niket, l-Omm Santissma, mingħajr ma tagħlaq għajn ma’ għajn għall-impressjonijiet kbar tagħha fuq il-mewt traġika tal-innoċċentissimu Binha, f’dik il-velja, tilmaħ għaddejja sfilata quddiem il-menti tagħha ħaġa ħaġa, l-ħwejjeġ kollha, li ġraw taħt għajnejha mal-jum:
Folol ta’ nies, għajat, dalma tax-xemx, salib, imsiemer, lanza, suldati,
sponza, bieqja bil-ħall, ħbula, libsa maqsuma f’erba biċċiet, iċ-Ċenturjun, Ġużeppi minn Arimatea, Nikodemu, qabar, lożor, skrizzjoni, it-transport għad-difna, il-ġisem ippjagat u bla sura fi ħdanha. Tistħajjel li qiegħda wieqfa maġenb Binha msallab tisimgħu jitlob għall-mahfra ta’ dawk li sallbuh; li qiegħda tisimgħu jassigura l-Ġenna lill-ħalliel ikkonvertit, li kien ċanfar lil sieħbu li ddisprezza lil Ġesù.
Tistħajjel li qiegħda tisma’ lill-Iben maħbub tagħha jgħidilha biex tieħu b’iben tagħha lil Ġwanni, u lil Ġwanni jgħidlu biex jieħu lilha b’omm tiegħu; li qiegħda tisimgħu jgħid lill-Missier tiegħu: “Alla tiegħi, Alla tiegħi għaliex tlaqtni?” li qiegħda tara s-suldat iqiegħed max-xufftejn ta’ Ġesù sponża bil-ħall għall-kelma: “Għandi l-għatx”, tistħajjel li qiegħda tisma’ lill-agonizzant iben tagħha f’baħar ta' disprezz u wġigħat jgħid: “Huwa mitmum”;
Tistħajjel li qiegħda tisma’ l-għajta l-kbira: “Missier, f'idejk nerħi l-Ispirtu tiegħi,” u li tarah jinkina rasu u jmut.
Oh! X’lejl! Tistħajjel li qiegħda tara s-suldati jiksru saqajn iż-żewġ ħallelin, li kienu msallbin wieħed kull naħa ma' ġenb Kristu, u li tara wieħed mis-suldati jgħaddas fil-kustat Divin, lanza u jislet b’ċarċir ta’ demm u ilma.
Tistħajjel li qiegħda tara lil kulħadd imwerwer bil-biża’ għad-dalma u għat-terremot u jħabbtu fuq sidirhom jirriturnaw lejn djarhom.
Tistħajjel li qiegħda tħoss il-piż tal-ġisem mejjet ippjagat fi ħdanha.
Tistħajjel li qiegħda tara lil Ġużeppi minn Arimatea u lil Nikodemu jeħduh minn ħdanha, jidilkuh bl-ingwent u jaħbuh fil-liżar. Tistħajjel li qiegħda bħall-Armla ta’ Najn tassoċja fl-akkompanjament għad-difna. Tistħajjel li qiegħda tara l-ġebla taħbilha l-oġġett ta’ qalbha għal kollox. Tistħajjel li qiegħda terġa’ tara u tisma’ kollox fir-ritorn lejn darha minn dawk in-naħiet.
Inti, o midneb, tista’ ma tarax kemm huwa ikrah id-dnub u kemm għandek raġun tħobb lil din l-Omm, li permezz tagħha ġie mogħti lilna l-Feddej u s-Salvatur tal-bnedmin? Jista’ jkun li ma titgħallimx quddiemha sabiex tapprezza is-sofferenzi li jissieħbu
neċessarjament mal-ħajja ta’ kull bniedem ?
TALBA:
O Verġni Mbierka, bil-qawwa tiegħek għamel li l-Passjoni u l-Mewt ta’Kristu Ibnek u lid-duluri tiegħek ma jkunux bla frott għalija. Ammen.
 
 

 
 
 
 
 
 ===============================================
 ===============================================
 
 
 
 
 
 
 
VIA MATRIS - Pjazza San Pietru, Is-Sibt, 12 ta' Ottubru 2013 - mir-rivista maħruġa mis-Santwarju Ta' Pinu - Għawdex - Ottubru-Diċembru 2013
 ************
.



.