--- THE ABANDONED TABERNACLES ---
NADURAWK JA ĦOBŻ TAS-SEMA - We adore You, O Bread from Heaven
click over white arrow in the centre to start video
- FORTY HOURS OF EUCHARISTIC ADORATION before the Feast of CORPUS CHRISTI - CORPUS DOMINI
Talba li għallem l-Anġlu tal-Paċi fl-Ewwel Dehra lil Luċija, Ġjaċinta u Franġisku ġewwa Fatima, fl-1916
"Alla tiegħi, jiena nemmen fik, jiena nadurak, nittama' fik u nħobbok! Nitolbok maħfra għal dawk li ma jemmnux fik, ma jadurawkx, ma jittamawx fik u ma jħobbukx."...
Prayer taught by the Angel of Peace on his first apparition to Lucia, Jacinta and Francisco at Fatima, in 1916
"My God, I believe, I adore, I hope, and I love You. I ask pardon for those who do not believe, do not adore, do not hope, and do not love You"...
&&&
Prayer that Our Lady of Fatima taught to Lucia, Jacinta and Francisco in 1917
"Oh, Holy Trinity, we adore You. My God, my God, I love You in the Blessed Sacrament."
Talba li għallmet il-Madonna lil Luċija, l- Ġaċinta u l-Franġisku ġewwa Fatima fl-1917
"O Trinità Qaddisa, aħna nadurawk. Alla tiegħi, Alla tiegħi, Inħobbok fis-Sagrament Imqaddes.
Faħħar, Sijon,
lill-Feddej, ir-ragħaj tiegħek u
l-mexxej, bl-innijiet u
bl-għana. Ibqa’ faħħru daqskemm
tista’, għax hu ’l fuq minn kull tifħir, qatt ma tfaħħru
kemm jistħoqqlu. Għat-tifħir ħaġa
tal-għaġeb, il-ħobż ħaj li
jagħti l-ħajja, hawn quddiemna
f’dan il-jum. Dak il-ħobż li fuq
il-mejda lill-appostli
fl-ikla mqaddsa kien ingħata biex
jikluh. Ikun sħiħ it-tifħir
tiegħek, b’qalb ferrieħa,
b’leħen għoli, ikun jixraq ferħ
ir-ruħ. Għax dal-jum ta’
festa kbira, ta’ dik l-ikla hu
t-tifkira, meta saret l-ewwel
darba. F’dina l-ikla
s-Sultan tagħna, l-Għid il-ġdid
tal-liġi l-ġdida, temm għalkollox
l-Għid qadim. Il-qadim twarrab
mill-ġdid, dak li hu ġie flok
ix-xbieha, id-dawl biegħed
dlam il-lejl. Dak li twettaq fl-Aħħar Ċena, Kristu ried jibqa’
jiġġedded, biex ikun tifkira
tiegħu. Imgħallmin
b’tagħlim imqaddes, nibdlu l-ħobż u
l-inbid tagħna b’sagrifiċċju
għas-saħħa tagħna. Twemmin ġdid lilna
l-Insara, li dal-ħobż
jinbidel f’Ġisem, u l-inbid jinbidel
f’Demm. Dak li ma tarax jew
tifhem, it-twemmin isaħħu u
jwettqu fuq kull ordni
tan-natura. Taħt xbihat fejn aħna
nilmħu mhux il-ħajja, imma
sinjali, jinħbew ħwejjeġ
hekk għeżież. Ikel Ġismu, xorb hu
Demmu; iżda Kristu sħiħ
hemm moħbi taħt kull waħda
mix-xbihat. Sħiħ jittiekel
Kristu kollu, bla jitkisser, bla
jitfarrak, bla jinqasam minn
min jieħdu. Jieklu elf u jiekol
wieħed, kemm ħa dan, hekk
jieħdu huma, bla jintemm meta
jittiekel. Jieklu t-tajba,
jieklu l-ħżiena; imma ’l dawk iġib
il-ħajja, lil dawn jixħet
fit-telfien. Mewt għall-ħżiena,
ħajja għat-tajba, ara kif jinbidel
fihom, għalkemm jieħdu
l-istess ikel. Meta l-Ostja tkun
maqsuma, la tibżax, imm’inti
ftakar, taħt ix-xbieha ta’
kull farka hemm jinsab daqs
fl-Ostja sħiħa. Ebda ksur ma jsir
fi Kristu; biss ix-xbieha tkun
miksura: u b’dal-ksur xejn
ma jitnaqqas f’Dak li hu taħt din ix-xbieha. * * * Dan ħobż l-anġli,
magħmul ikel għall-bnedmin
fit-triq tal-ħajja, ikel bnin
għall-ulied kollha, li m’għandux
fix-xejn jintrema. Bi xbihat kien ilu
mħabbar, f’dik l-offerta ta’
Iżakk, fil-ħaruf li nqatel
fl-Għid, u fil-manna
tad-deżert. Int ragħaj tajjeb,
ħobż tassew, Ġesù tagħna, ħenn
għalina; int itmagħna u
ħarisna: inti lilna l-ġid urina fl-art imbierka
tal-ħajjin. Int li taf u tista’
kollox, li titmagħna hawn
f’dil-ħajja, hemm agħmilna lkoll
imsieħba, f’għaqda waħda
lkoll werrieta mal-qtajjiet
tal-qaddisin. Ammen. Hallelujah. |
Lauda Sion
Salvatorem, lauda ducem et
pastorem, in hymnis et
canticis. Quantum potes,
tantum aude: quia maior omni
laude, nec laudare
sufficis. Laudis thema
specialis, panis vivus et
vitalis hodie proponitur. Quem in sacræ mensa
cenæ, turbæ fratrum
duodenæ datum non
ambigitur. Sit laus plena, sit
sonora, sit iucunda, sit
decora mentis iubilatio. Dies enim sollemnis
agitur, in qua mensæ prima
recolitur huius institutio. In hac mensa novi
Regis, novum Pascha, novæ
legis, phase vetus
terminat. Vetustatem novitas, umbram fugat
veritas, noctem lux
eliminat. Quod in cena
Christus gessit, faciendum hoc
expressit in sui memoriam. Docti sacris
institutis, panem, vinum in
salutis consecramus
hostiam. Dogma datur
christianis, quod in carnem
transit panis, et vinum in
sanguinem. Quod non capis,
quod non vides, animosa firmat
fides, præter rerum
ordinem. Sub diversis
speciebus, signis tantum et
non rebus, latent res eximiæ. Caro cibus, sanguis
potus: manet tamen
Christus totus sub utraque specie. A sumente non
concisus, non confractus, non
divisus: integer accipitur. Sumit unus, sumunt
mille: quantum isti,
tantum ille: nec sumptus
consumitur. Sumunt boni, sumunt
mali: sorte tamen
inæquali, vitæ vel interitus. Mors est malis,
vita bonis: vide paris
sumptionis quam sit dispar
exitus. Fracto demum
sacramento, ne vacilles, sed
memento tantum esse sub
fragmento, quantum toto
tegitur. Nulla rei fit
scissura: signi tantum fit
fractura, qua nec status, nec
statura signati minuitur. Ecce panis
angelorum, factus cibus
viatorum: vere panis
filiorum, non mittendus
canibus. In figuris
præsignatur, cum Isaac
immolatur, agnus Paschæ
deputatur, datur manna
patribus. Bone pastor, panis
vere, Iesu, nostri
miserere: Tu nos pasce, nos
tuere, Tu nos bona fac
videre in terra viventium. Tu qui cuncta scis
et vales, qui nos pascis hic
mortales: tuos ibi
commensales, coheredes et
sodales fac sanctorum
civium. Amen. Alleluia. |
IN YEAR B - CORPUS CHRISTI SUNDAY GOSPEL, THE SUNDAY AFTER THE SOLEMNITY OF THE HOLY TRINITY.
Evanġelju
Dan hu ġismi. Dan hu demmi.
Mk 14, 12-16.22-26
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
[Mk:14:12] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf ta' l-Għid, id-dixxipli tiegħu qalulu: "Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla ta' l-Għid?"
[Mk:14:13] Imbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Morru l-belt, u tiltaqgħu ma' raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh, [Mk:14:14] u għidu lil sid id-dar ta' fejn tarawh dieħel, 'Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra tiegħi li fiha nista' niekol l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli tiegħi?' [Mk:14:15] U hu jurikom kamra kbira fuq, mgħammra u lesta. Ħejjulna hemmhekk."
[Mk:14:16] U d-dixxipli marru u daħlu fil-belt, u sabu kollox kif kien qalilhom hu; u ħejjew l-ikla ta' l-Għid.
[Mk:14:22] Huma u jieklu, ħa l-ħobż f'idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal: "Ħudu, dan hu ġismi." [Mk:14:23] Imbagħad ħa kalċi f'idejh, radd il-ħajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu. [Mk:14:24] U qalilhom: "Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna. [Mk:14:25] Tassew ngħidilkom, li ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid fis-Saltna ta' Alla."
[Mk:14:26] Imbagħad kantaw is-salmi u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
The Gospel, Year C -- Corpus Christi -- Lk 9:11b-17 -- Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, Solennità
Evanġelju
Kulħadd kiel u xaba’.
Lq 9, 11b-17
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:9:11b] qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta' Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. [Lq:9:12] Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: "Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f'post imwarrab."
[Lq:9:13] Iżda hu qalilhom: "Agħtuhom intom x'jieklu." Qalulu: "Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!"
[Lq:9:14] Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: "Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin." [Lq:9:15] Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.
[Lq:9:16] Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewwluhom lin-nies. [Lq:9:17] U kulħadd kiel u xaba' u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
CORPUS CHRISTI - O SALUTARIS OSTIA
THE GIFT OF GIFTS, THE HOLY EUCHARIST
http://fredbroom.blogspot.com/2012/06/gift-of-giftsthe-holy-eucharist.html
THE 7 SECRETS OF THE EUCHARIST by Vinny Flynn (based on his 'must read' book by the same name)
-------------------------------------
Eucaristia Eccomi - The Holy Mass, The Eucharist and myself...
,