blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 03/18/12

Sunday, March 18, 2012

L-20 POSTA TAR-RUŻARJU MQADDES - Salve Regina - Litanija - Talba lil San Mikiel Arkanġlu - Barka Sagramentali - Ikun Imbierek Alla (Tifħir Divin)

Il-Misteri tar-Rużarju Mqaddes


Il-Misteri Tal-Ferħ (it-Tnejn u s-Sibt)

1. Meta l-anġlu Gabrijel ħabbar lil sidtna Marija li kellha tkun omm Alla.

2. Meta sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.

3. Meta sidna Ġesù Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem.

4. Meta sidtna Marija u san Ġużepp ppreżentaw lil Ġesù fit-tempju.

5. Meta sidtna Marija u san Ġużepp tilfu lil Ġesù u, wara tlitt ijiem, sabuh fit-tempju jiddisputa mad-dutturi.



Il-Misteri Tad-Dawl (il-Ħamis)

1. Meta sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan.

2. Meta sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.

3. Meta sidna Ġesù Kristu ħabbar is-saltna ta’ Alla u sejjaħ għall-indiema.

4. Meta sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor.

5. Meta sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru ta’ l-Għid.



Il-Misteri Tal-Tbatija (it-Tlieta u l-Ġimgħa)

1. Meta sidna Ġesù Kristu daħal jitlob fil-ġnien taż-Żebbuġ u għereq għaraq tad-demm.

2. Meta sidna Ġesù Kristu kien marbut mal-kolonna u fflaġellat.

3. Meta sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.

4. Meta sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.

5. Meta sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u, wara tliet sigħat ta’ agunija, miet.



Il-Misteri Tal-Glorja (l-Erbgħa u l-Ħadd)

1. Meta sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.

2. Meta sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema.

3. Meta sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli.

4. Meta sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.

5. Meta sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinità qaddisa, u mgħollija fuq il-kori kollha ta’ l-anġli.


************


SALVE REĠINA
Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, għaliex aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, O ħanina, O pija, O ħelwa, Verġni Marija.

************

Salve Regina; skont il-Fehma tal-Papa; Litanija; Talba - San Mikiel Arkanġlu; Barka Sagramentali; Tifħir Divin 









********

is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2020, fl-istess jum tal-Festa tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija.
 
IL-LITANIJA LAWRETANA
 
Mulej, ħniena.     Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena.     Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena.      Mulej, ħniena.
 
Kristu, ismagħna.     Ħenn għalina.
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.                                  
Missier Etern Alla.
Iben Alla li fdejt id-dinja.
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.
 
Imqaddsa Marija.     Itlob għalina.
Imqaddsa Omm Alla.
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet.
Omm ta’ Kristu.
Omm il-Knisja.
Omm tal-ħniena.
Omm tal-grazzja ta’ Alla.
Omm it-tama.
Omm l-iżjed safja.
Omm l-iżjed nadifa.
Omm u xebba.
Omm bla tebgħa.
Omm li tistħoqq l-imħabba.
Omm tal-għaġeb.
Omm tal-parir it-tajjeb.
Omm ta’ min ħalaqna.
Omm ta’ min salvana.
Xebba kollok għaqal.                                         
Xebba li tistħoqq kull qima.
Xebba li tistħoqq kull foħrija.
Xebba kollok setgħa.
Xebba kollok ħniena.
Xebba dejjem marbuta m’Alla.
Mera tal-qdusija.
Tron tal-għerf.
Bidu tal-ferħ tagħna.
Għamara tal-Ispirtu s-Santu.
Għamara ta’ kull grazzja.
Għamara ta’ kull tjieba.
Warda mistika.
Torri ta’ David.
Torri tal-avorju.
Dar tad-deheb.
Arka tar-Rabta l-ġdida.
Bieb tas-Sema.
Kewkba ta’ filgħodu.
Saħħa tal-morda.
Kenn tal-midinbin.
Faraġ tal-migranti.
Faraġ tal-imnikktin.
Għajnuna tal-Insara.
Sultana tal-Anġli.
Sultana tal-Patrijarki.
Sultana tal-Profeti.
Sultana tal-Appostli.
Sultana tal-Martri.
Sultana tal-Konfessuri.
Sultana tal-Verġni.
Sultana tal-Qaddisin kollha.
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.
Sultana mtellgħa s-Sema.
Sultana tar-Rużarju Mqaddes.
Sultana tal-Familja.
Sultana tal-Paċi.
 
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja:     aħfrilna nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja:     ismagħna nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja:     ħenn għalina.
 
V/.   Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla.
R/.   Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
 
Nitolbu

(fi żmien 'O' ta' Matul is-Sena )

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż ta’ l-imqaddsa Marija dejjem verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem.  Bi Kristu Sidna.   Ammen.

 

(mill-Avvent sal-Milied)

O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta’ l-anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha omm Alla, li nkunu mgħejjunin mit-talb tagħha.  Bl-istess Kristu Sidna.   Ammen.

 

(mill-Milied sal-Gandlora)

O Alla li bis-saħħa ta’ Marija, verġni u omm, tajtna l-ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, agħtina, nitolbuk, li nġarrbu l-qawwa tat-talb tagħha, li biha stajna nilqgħu ’l min tana l-ħajja ta’ dejjem, ibnek Ġesù Kristu Sidna.   Ammen.

 

(fi żmien l-Għid)

O Alla, li, bil-qawmien mill-mewt ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem.  Bi Kristu Sidna.   Ammen.



==============
********
==============







Rużarju ma' Fr Hayden

Verżjonijiet riveduti
Tal-Ferħ



Tad-Dawl


Tat-Tbatija

Tal-Glorja








------------------------

    
VIDEO WIEĦED --- 4 RUŻARJI 

- Misteri tad-Dawl    @ 16:18
- Misteri tat-Tbatija @ 32:17
- Misteri tal-Glorja   @ 47:42
- Salve Regina,
  Skond il-Fehma tal-Papa,
  ghall-erwieh tal-Purgatorju
  u l-Litanija   @ 1:03:32



------------------------


Rużarju tal-Ferħ
(click on centre of video to start)


Rużarju tad-Dawl
(click on centre of video to start)


Rużarju tat-Tbatija
(click on centre of video to start)


Rużarju tal-Glorja
(click on centre of video to start)