MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Sunday, April 20, 2014
EASTER MONDAY --- Mt 28:8-15 -- Jesus Has Risen - Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet
Tnejn ta' l-Ottava tal-Għid
Evanġelju
Morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.
Mt 28, 8-15
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien, in-nisa [Mt:28:8] telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża' u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. [Mt:28:9] U ara, ltaqa' magħhom Ġesù u qalilhom: "Is-sliem għalikom." Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. [Mt:28:10] Mbagħad Ġesù qalilhom: "Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk."
[Mt:28:11] Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta' kull ma kien ġara. [Mt:28:12] Dawn inġabru flimkien max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw lis-suldati kemxa flus ġmielha [Mt:28:13] u qalulhom: "Għidu hekk, 'Ġew id-dixxipli tiegħu billejl u serquh waqt li konna reqdin.' [Mt:28:14] U jekk il-gvernatur jisma' b'dan, aħna nġagħluh jemmen, u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet." [Mt:28:15] Dawk ħadu l-flus u għamlu kif qalulhom. U din il-biċċa xterdet hekk fost il-Lhud sal-ġurnata ta' llum.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
Easter Sunday Morning Gospel - Jn 20:1-9 -- The Empty Tomb - Il-qawmien ta' Gesù mill-imwiet - & - Why Didn't Jesus Show Himself To Everybody?
20. Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet
(Mt 28, 1-10 ; Mk 16, 1-8 ; Lq 24, 1-12)
[Ġw:20:1] Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta' Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. [Ġw:20:2] Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!" [Ġw:20:3] Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. [Ġw:20:4] It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. [Ġw:20:5] Tbaxxa, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. [Ġw:20:6] Mbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta' l-għażel imqiegħda hemm, [Ġw:20:7] u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f'post għalih. [Ġw:20:8] Mbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen. [Ġw:20:9] Sa dak in-nhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.
.
Subscribe to:
Posts (Atom)