blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 04/13/24

Saturday, April 13, 2024

Chaplet of Divine mercy by sister Emmanuel in Medjugorje ... & MORE



====================================
 ====================================
====================================

  Jesus I trust in You --- Ġesù jiena nafda' fiK  
Divine Mercy Daily



download --- DM Diary in English (complete) 


ID-DJARJU SĦIĦ  --- Bil-Malti (komplut)




1731. Today I was awakened by a great storm. The wind was raging, and it was raining in torrents, thunderbolts striking again and again. I began to pray that the storm would do no harm, when I heard the words: Say the chaplet I have taught you, and the storm will cease. I began immediately to say the chaplet and hadn’t even finished it when the storm suddenly ceased, and I heard the words: Through the chaplet you will obtain everything, if what you ask for is compatible with My will. 

*******************

1731. Illum qajmitni maltempata kbira. Ir-riħ kien qed ivenven, ix-xita nieżla bil-qliel, sajjetti jfaqqgħu l-ħin kollu. Bdejt nitlob li l-maltempata ma tikkawża l-ebda ħsara, meta smajt dan il-kliem: Għid il-kurunella li għallimtek, u l-maltemp jieqaf. Bdejt fil-pront ngħid il-kurunella u kien għadni lanqas biss spiċċajtha x’ħin il-maltempata waqfet f’daqqa waħda, u jiena smajt dan il-kliem: Permezz tal-kurunella intom tistgħu tiksbu kollox, jekk dak li intom titolbu jkun skont ir-rieda Tiegħi.



***********************

The Three O'clock Hour of Mercy
At That Moment, Mercy Was Opened Wide

I remind you, My daughter, that as often as you hear the clock strike the third hour, immerse yourself completely in My mercy, adoring and glorifying it; invoke its omnipotence for the whole world, and particularly for poor sinners; for at that moment mercy was opened wide for every soul. In this hour you can obtain everything for yourself and for others for the asking; it was the hour of grace for the whole world - mercy triumphed over justice (Diary, 1572).



It-Tielet siegħa, Is-Siegħa tal-Ħniena 
F'dak il-mument, Il-Ħniena Infetħet beraħ
        
1572. Qiegħed infakkrek, binti, li kull darba li inti tisma’ l-arloġġ idoqq it-tielet siegħa, inti tidħol kollok kemm int fil-ħniena Tiegħi, taduraha u tigglorifikaha; sejjaħ is-setgħa bla tarf tagħha għad-dinja kollha, u l-aktar għall-imsejkna midinbin; għax f’dak il-mument il-ħniena nfetħet beraħ għal kull ruħ. F’din is-siegħa inti tista’ tikseb kollox għalik innifsek u għall-oħrajn; din kienet is-siegħa tal-grazzja għad-dinja kollha – il-ħniena rebħet fuq il-ġustizzja.



***********************


Meditate upon My Passion
My Mercy on Behalf of Sinners

Today Jesus said to me, I desire that you know more profoundly the love that burns in My Heart for souls, and you will understand this when you meditate upon My Passion. Call upon My mercy on behalf of sinners; I desire their salvation. When you say this prayer, with a contrite heart and with faith on behalf of some sinner, I will give him the grace of conversion. This is the prayer: (Diary, 186).

"O Blood and Water, which gushed forth from the Heart of Jesus as a fount of Mercy for us, I trust in You." (Diary, 187).



Immedita fuq il-Passjoni Tiegħi
Il-ħniena Tiegħi għall-midinbin

186. + Illum Ġesu’ qalli: Jiena nixtieqek tkun taf b’mod iktar profond l-imħabba li hemm taqbad ġewwa Qalbi għall-erwieħ, u dan inti tkun tista’ tifhmu meta timmedita fuq il-Passjoni Tiegħi. Itlobni għall-ħniena Tiegħi għall-midinbin. Jiena nixtieq is-salvazzjoni tagħhom. Meta inti tgħid din it-talba, b’qalb niedma u bil-fidi għal xi midneb, Jiena nagħtih il-grazzja tal-konverżjoni. Din hi t talba:

187. ‘O Demm u Ilma, li ħriġtu mill-Qalb ta’ Ġesu’ bħala għajn ta’ ħniena għalina, jiena nafda Fik.’



***********************


Jesus the Teacher
The Generosity of Jesus

Once, the Lord said to me, My daughter, take the graces that others spurn; take as many as you can carry. At that moment, my soul was inundated with the love of God. I feel that I am united with the Lord so closely that I cannot find words to express that union; in this state I suddenly feel that all the things God has, all the goods and treasures, are mine, although I set little store by them, for He alone is enough for me. In Him I see my everything; without Him — nothing (Diary, 454).

December 18, [1936]. Today I felt bad that a week had gone by and no one had come to visit me. When I complained to the Lord, He answered, Isn't it enough for you that I visit you every day? I apologized to the Lord and the hurt vanished. O God, my strength, You are sufficient for me (Diary, 827).


Ġesù l-Għalliem
Il-Ġenerożità ta’ Ġesù

454. Darba, il-Mulej qalli, Binti, ħu l-grazzji li l-oħrajn ma jriduhomx; ħu daqskemm inti tiflaħ iġġorr. F’dak il-waqt, ruħi, mtliet kollha kemm hi bl-imħabba ta’ Alla. Inħossni maqgħuda hekk mill-qrib ma’ Alla li ma nistax insib il-kliem biex infisser x’inhi sewwa din il-għaqda; meta nkun f’dan l-istat, f’daqqa waħda nħoss li dak kollu li Alla għandu, l-affarijiet u t-teżori kollha, huma tiegħi, għalkemm ma jimpurtanix wisq minnhom, għax Hu waħdu huwa biżżejjed għalija. Fih jiena nara l-kollox tiegħi; mingħajru – xejn.

827. 18 ta’ Diċembru(1936). Illum ħassejtni daqsxejn diżżapuntata li kienet għaddiet ġimgħa u ħadd ma kien ġie jżurni. (nota152) Meta lmentajt mal-Mulej, Hu weġibni, Mhux biżżejjed għalik li niġi nżurek Jiena kuljum? Tlabt skuża lill-Mulej u l-weġgħa ma baqgħetx hemm. O Alla, saħħa tiegħi, Inti biżżejjed għalija.


***********************










.